2 Samwel
7 U ġara li, meta s-sultan kien jgħammar f’daru+ u Ġeħova kien serrħu mill-għedewwa kollha tiegħu dawramejt,+ 2 imbagħad is-sultan qal lil Natan+ il-profeta: “Ara, issa, jien qed ngħammar f’dar taċ-ċedri+ waqt li l-arka taʼ l-Alla l-veru qiegħda f’nofs id-drapp tat-tined.”+ 3 U Natan qal lis-sultan: “Kulma għandek f’qalbek—mur u agħmlu,+ għaliex Ġeħova qiegħed miegħek.”
4 U ġara li dak il-lejl il-kelma+ taʼ Ġeħova ġiet lil Natan, u qallu: 5 “Mur, u għid lill-qaddej tiegħi David, ‘Hekk qal Ġeħova: “Għandek int tibnili dar biex jien ngħammar fiha?+ 6 Għax jien m’għammartx f’dar minn dakinhar li tellajt lil ulied Israel mill-Eġittu sa dan il-jum,+ imma bqajt nimxi+ ’l hemm u ’l hawn f’tinda,+ jiġifieri, f’tabernaklu.+ 7 Matul iż-żmien kollu li mxejt ’l hemm u ’l hawn fost l-ulied kollha taʼ Israel,+ lissint jien xi kelma lil xi wieħed mit-tribujiet taʼ Israel+ li kkmandajtu jirgħa lill-poplu tiegħi Israel, u għedtlu: ‘Għala ma bnejtulix dar taċ-ċedri?’”’ 8 U issa hekk għidlu lill-qaddej tiegħi David, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “Jien stess ħadtek mill-mergħa, minn wara l-merħla,+ biex tkun mexxej+ fuq il-poplu tiegħi Israel. 9 U jien inkun miegħek kulfejn tmur,+ u neqred l-għedewwa kollha tiegħek minn quddiemek;+ u nagħmillek isem kbir,+ bħall-isem tal-kbarat li hawn fuq l-art. 10 U nagħti post+ lill-poplu tiegħi Israel u nħawwilhom+ hemmhekk, u huma tabilħaqq jgħammru fejn ikunu, u ma jkunx hemm iktar min ifixkilhom; u wlied l-inġustizzja ma jerġgħux jgħakksuhom bħalma għamlu qabel,+ 11 saħansitra minn dakinhar li inkarigajt lill-imħallfin+ biex imexxu lill-poplu tiegħi Israel; u jien inserrħek mill-għedewwa kollha tiegħek.+
“‘“U Ġeħova qallek li dar+ se jagħmel Ġeħova għalik. 12 Meta jagħlaqlek iż-żmien,+ u timtedd maʼ missirijietek,+ imbagħad jien inqajjem nislek warajk, li joħroġ mill-ġewwieni tiegħek; u tabilħaqq nistabbilixxi fis-sod is-saltna tiegħu.+ 13 Hu jkun dak li jibni dar għal ismi,+ u jien nistabbilixxi fis-sod it-tron taʼ saltnatu għal żmien indefinit.*+ 14 Jien stess insir missieru,+ u hu jsir ibni.+ Meta jiżbalja, inwiddbu bil-ħatar+ tal-bnedmin u bid-daqqiet taʼ wlied Adam. 15 U l-qalb tajba bl-imħabba tiegħi ma titwarrabx minn fuqu bħalma warrabtha minn fuq Sawl,+ li lilu warrabt minħabba fik. 16 U darek u saltnatek ikunu sodi għal żmien indefinit; it-tron tiegħek ikun stabbilit fis-sod għal żmien indefinit.”’”+
17 Natan kellem lil David skond dan il-kliem kollu u skond din il-viżjoni kollha.+
18 Imbagħad is-Sultan David daħal u qagħad bil-qiegħda quddiem Ġeħova u qallu: “Jien min jien,+ O Mulej Sovran Ġeħova? U x’inhi dari biex wassaltni s’hawnhekk? 19 Bħallikieku din kienet xi ħaġa żgħira f’għajnejk, O Mulej Sovran Ġeħova, int għadek kif għedtli li d-dar tal-qaddej tiegħek iddum sa żmien fil-futur imbiegħed; u din hi l-liġi mogħtija għall-bnedmin,+ O Mulej Sovran Ġeħova.+ 20 U David x’jistaʼ jżid iktar u jgħidlek, meta int stess tafu tajjeb lill-qaddej tiegħek,+ O Mulej Sovran Ġeħova? 21 Minħabba kelmtek+ u skond qalbek+ int għamilt dawn l-affarijiet kbar kollha biex iġġiegħel lill-qaddej tiegħek ikun jafhom.+ 22 Huwa għalhekk li int tabilħaqq kbir,+ O Mulej Sovran Ġeħova; għax m’hemmx ieħor bħalek,+ u m’hemm ebda Alla ħliefek+ fost dawk kollha li smajna dwarhom b’widnejna. 23 U liema ġens wieħed fuq l-art hu bħall-poplu tiegħek Israel,+ li Alla fdieh biex ikun il-poplu tiegħu+ u għamel isem għalih innifsu+ u għamel għalihom affarijiet kbar li jqanqlu l-biżaʼ+—biex ikeċċi l-ġnus u l-allat tagħhom minħabba l-poplu tiegħek, li int fdejt għalik+ mill-Eġittu? 24 U int stabbilejt fis-sod lill-poplu tiegħek Israel+ għalik bħala l-poplu tiegħek għal żmien indefinit; u int, O Ġeħova, sirt Alla tagħhom.+
25 “U issa, Alla Ġeħova, il-kelma li int lissint dwar il-qaddej tiegħek u dwar daru wettaqha għal żmien indefinit u agħmel sewwasew bħalma għedt.+ 26 U ħa jkun kbir ismek għal żmien indefinit,+ u jgħidu, ‘Ġeħova taʼ l-armati hu Alla fuq Israel,’+ u ħa tkun stabbilita fis-sod quddiemek id-dar tal-qaddej tiegħek David.+ 27 Għax int, Ġeħova taʼ l-armati, l-Alla taʼ Israel, irrivelajt f’widnejn il-qaddej tiegħek u għedtlu, ‘Dar nibnilek.’+ Huwa għalhekk li l-qaddej tiegħek għamel il-qalb biex jitolbok din it-talba.+ 28 U issa, O Mulej Sovran Ġeħova, int l-Alla l-veru; u ħa jkun kliemek verità,+ ladarba int twiegħed lill-qaddej tiegħek din it-tjubija.+ 29 U issa, jekk jogħġbok, bierek+ id-dar tal-qaddej tiegħek biex tibqaʼ għal żmien indefinit quddiemek;+ għax int innifsek, O Mulej Sovran Ġeħova, wegħedt, u minħabba l-barka tiegħek ħalli d-dar tal-qaddej tiegħek tkun imbierka għal żmien indefinit.”+