2 Kronaki
24 Sebaʼ snin kellu Ġeħogħas meta beda jsaltan,+ u dam isaltan erbgħin sena f’Ġerusalemm.+ U ommu kien jisimha Sibjah minn Bir-xeba.+ 2 U Ġeħogħas+ għamel dak li hu sewwa f’għajnejn+ Ġeħova l-jiem kollha tal-qassis Ġeħojada.+ 3 U Ġeħojada żewġu żewġ nisa, u nissel subien u bniet.+
4 Issa wara dan ġara li Ġeħogħas xtaq minn qalbu li jirrestawra d-dar taʼ Ġeħova.+ 5 Għaldaqstant ġabar flimkien il-qassisin+ u l-Leviti u qalilhom: “Oħorġu fil-bliet taʼ Ġuda u iġbru l-flus mingħand Israel kollu biex minn sena għal sena+ ssewwu+ d-dar t’Alla tagħkom; u intom, min-naħa tagħkom, għandkom taġixxu malajr f’din il-kwistjoni.” U l-Leviti m’aġixxewx malajr.+ 6 Għalhekk, is-sultan sejjaħ lil Ġeħojada, il-kap, u qallu:+ “Għala ma tlabtx kont mil-Leviti rigward li jġibu minn Ġuda u Ġerusalemm it-taxxa sagra ordnata minn Mosè,+ il-qaddej taʼ Ġeħova, it-taxxa tal-kongregazzjoni taʼ Israel, għat-tinda tat-Testimonjanza?+ 7 Għax ulied+ il-mara mill-agħar Għatalija daħlu fid-dar taʼ l-Alla l-veru,+ u l-affarijiet imqaddsin+ kollha tad-dar taʼ Ġeħova offrewhom lill-Bagħalim.”+ 8 Imbagħad is-sultan ta l-ordni, u għalhekk għamlu kaxxa+ u poġġewha barra ħdejn il-bieb tad-dar taʼ Ġeħova. 9 Imbagħad ħarġu sejħa maʼ Ġuda u Ġerusalemm kollha biex lil Ġeħova jġibulu t-taxxa sagra+ li Mosè,+ il-qaddej taʼ l-Alla l-veru, ordna lil Israel fix-xagħri. 10 U l-prinċpijiet+ kollha u l-poplu kollu bdew jithennew,+ u baqgħu jġibu u jitfgħu fil-kaxxa+ sakemm taw ilkoll kemm huma.
11 U ġara li fiż-żmien xieraq il-kaxxa kienet tinġieb b’id il-Leviti+ għand is-sultan biex jieħu ħsiebha, u, malli kienu jaraw li kien hemm ħafna flus,+ is-segretarju+ tas-sultan u l-uffiċjal tal-qassis ewlieni kienu jiġu jbattlu l-kaxxa u mbagħad jerfgħuha u jiħduha lura f’postha. Hekk kienu jagħmlu minn jum għal jum, u b’hekk ġabru flus bl-abbundanza. 12 Imbagħad is-sultan u Ġeħojada kienu jagħtuhom lil dawk li jieħdu ħsieb+ ix-xogħol tas-servizz tad-dar taʼ Ġeħova,+ u dawn kienu jqabbdu nies li jaqtgħu l-ġebel+ u nies tas-sengħa+ biex jirrestawraw id-dar taʼ Ġeħova,+ kif ukoll nies li jaħdmu l-ħadid u r-ram aħmar biex isewwu d-dar taʼ Ġeħova.+ 13 U dawk li jieħdu ħsieb ix-xogħol bdew jaħdmu,+ u x-xogħol tat-tiswija baqaʼ miexi ’l quddiem f’idejhom, u fl-aħħar waqqfu d-dar taʼ l-Alla l-veru kif kellha tkun mibnija u ssodawha. 14 U malli kienu lesti ħadu l-flus li kien fadal quddiem is-sultan u Ġeħojada, u għamlu għodod għad-dar taʼ Ġeħova, għodod għall-ministeru+ u għall-offerti u l-kwies+ u għodod tad-deheb+ u tal-fidda; u kienu joffru s-sagrifiċċji tal-ħruq+ fid-dar taʼ Ġeħova l-ħin kollu, il-jiem kollha taʼ Ġeħojada.
15 U Ġeħojada xjaħ u kien mimli bl-għomor+ u miet, u kellu mija u tletin sena meta miet. 16 Għalhekk, difnuh fil-Belt taʼ David flimkien mas-slaten,+ għaliex kien għamel it-tajjeb f’Israel+ u maʼ l-Alla l-veru u d-dar Tiegħu.
17 U wara li miet Ġeħojada, il-prinċpijiet+ taʼ Ġuda daħlu u mielu quddiem is-sultan. Dak iż-żmien is-sultan semaʼ minnhom.+ 18 U bil-mod il-mod abbandunaw id-dar taʼ Ġeħova, l-Alla taʼ missirijiethom, u bdew jaqdu lill-arbli sagri+ u lill-idoli,+ u b’hekk kien hemm l-għadab t’Alla kontra Ġuda u Ġerusalemm minħabba din il-ħtija tagħhom.+ 19 U Ġeħova baqaʼ jibgħat profeti+ fosthom biex iġibhom lura lejh; u baqgħu jixhdu kontrihom, imma ma tawx widen.+
20 U l-ispirtu+ t’Alla ġie+ fuq Żakkarija,+ bin il-qassis Ġeħojada,+ u b’hekk hu qam bil-wieqfa fl-għoli iktar ’il fuq min-nies u qalilhom: “Hekk qal l-Alla l-veru, ‘Għala qed tiksru l-kmandamenti taʼ Ġeħova, u b’hekk ma tistgħux tirnexxu?+ Talli tlaqtu lil Ġeħova, hu, mill-banda l-oħra, se jitlaq lilkom.’”+ 21 Fl-aħħar, huma kkonfoffaw kontrih+ u għall-kmand tas-sultan ħaġġruh+ fil-bitħa tad-dar taʼ Ġeħova. 22 U Ġeħogħas, is-sultan, ma ftakarx fil-qalb tajba bl-imħabba li missieru Ġeħojada kien wera miegħu,+ u b’hekk qatel lil ibnu, li, hu u jmut, qal: “Ħa jarah Ġeħova dan u jitolbu lura.”+
23 U ġara li meta qalbet+ is-sena, qawwa militari tas-Sirja+ telgħet kontrih,+ u s-Sirjani bdew jinvadu lil Ġuda u lil Ġerusalemm. Imbagħad qerdu lill-prinċpijiet+ kollha tal-poplu minn fost in-nies, u l-priża kollha tagħhom bagħtuha lis-sultan taʼ Damasku.+ 24 Għax il-qawwa militari tas-Sirjani b’għadd żgħir taʼ rġiel invadiethom,+ u kien Ġeħova nnifsu li tahom f’idejhom qawwa militari b’għadd ferm akbar,+ għaliex huma kienu telqu lil Ġeħova, l-Alla taʼ missirijiethom; u fuq Ġeħogħas twettqu atti taʼ ġudizzju.+ 25 U meta telqu minn ħdejh (għax ħallewh b’ħafna mard fuqu),+ il-qaddejja tiegħu stess ikkonfoffaw+ kontrih minħabba d-demm+ taʼ wlied il-qassis Ġeħojada;+ u qatluh fuq soddtu stess, u b’hekk miet.+ Imbagħad difnuh fil-Belt taʼ David,+ imma ma difnuhx fil-post fejn jindifnu s-slaten.+
26 U dawn kienu li kkonfoffaw kontrih: Żabad,+ bin Simegħat, l-Għammonija, u Ġeħożabad, bin Simrit, il-Mowabija. 27 U wliedu u l-abbundanza tad-dikjarazzjoni kontrih+ u r-restawr+ mill-pedament tad-dar taʼ l-Alla l-veru huma miktubin hemmhekk fir-rakkont tal-Ktieb+ tas-Slaten. U ibnu Amażija+ beda jsaltan minfloku.