Esdra
4 Meta l-avversarji+ taʼ Ġuda u Benjamin semgħu li wlied l-Eżilju+ kienu qed jibnu tempju lil Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, 2 huma avviċinaw minnufih lil Żerubbabel+ u lill-kapijiet+ tal-familji min-naħa tal-missier u qalulhom: “Ħa nibnu magħkom;+ għax bħalkom aħna nfittxu lil Alla+ tagħkom u ilna noffrulu sagrifiċċji minn żmien Esar-ħaddon,+ is-sultan taʼ l-Assirja, li tellagħna hawnhekk.”+ 3 Madankollu, Żerubbabel u Ġeswa+ u l-bqija tal-kapijiet+ tal-familji taʼ Israel, min-naħa tal-missier, qalulhom: “Intom m’għandkomx dritt tibnu magħna dar għal Alla tagħna,+ għax aħna stess se nibnu flimkien dar għal Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, bħalma kkmandana s-Sultan Ċiru,+ is-sultan tal-Persja.”
4 Minħabba f’hekk, in-nies tal-pajjiż kienu l-ħin kollu jiskuraġġixxu+ lin-nies taʼ Ġuda u jaqtgħulhom qalbhom biex ma jkomplux jibnu,+ 5 u qabbdu+ lil xi nies esperti kontrihom biex bil-pariri tagħhom iġibu fix-xejn l-iskop tan-nies taʼ Ġuda matul il-jiem kollha taʼ Ċiru, is-sultan tal-Persja, sar-renju taʼ Darju,+ is-sultan tal-Persja. 6 U fir-renju t’Aħasweru, fil-bidu taʼ saltnatu, kitbu akkuża+ kontra l-abitanti taʼ Ġuda u Ġerusalemm. 7 Ukoll, fi żmien Artaserse, Bislam, Mitredat, Tabel u l-bqija taʼ sħabu kitbu lil Artaserse, is-sultan tal-Persja, u l-ittra ġiet maqluba għall-Aramajk+ u miktuba bl-alfabet Aramajk.
8* Imbagħad Reħum, l-uffiċjal ewlieni tal-gvern, u Simsaj l-iskriba kitbu ittra kontra Ġerusalemm lis-Sultan Artaserse, kif ġej: 9 Mingħand Reħum,+ l-uffiċjal ewlieni tal-gvern, u Simsaj l-iskriba u l-bqija taʼ sħabhom, l-imħallfin u l-gvernaturi minuri min-naħa l-oħra tax-Xmara,*+ is-segretarji,+ in-nies t’Erek,+ il-Babiloniżi,+ l-abitanti taʼ Susa,+ jiġifieri, l-Għelamin,+ 10 u l-bqija tal-ġnus+ li ttieħdu fl-eżilju mill-kbir u l-onorabbli Asenaffar*+ u ġegħelhom joqogħdu fil-bliet tas-Samarija,+ u l-oħrajn lil hinn mix-Xmara, ——; u 11 din hi kopja taʼ l-ittra li bagħtu:
“Lis-Sultan Artaserse,+ il-qaddejja tiegħek, in-nies lil hinn mix-Xmara: Issa 12 ħa jkun jaf is-sultan li l-Lhud li telgħu hawnhekk mingħandek għal għandna ġew Ġerusalemm. Huma qed jibnu l-belt ribelluża u ħażina, u qed ilestu s-swar+ u jsewwu l-pedamenti. 13 Issa ħa jkun jaf ukoll is-sultan li, jekk din il-belt terġaʼ tinbena u jitlestew is-swar tagħha, huma la jagħtu taxxa,+ la ħaraġ,+ u lanqas ħlas, u dan jikkaġuna telf lit-teżoreriji+ tas-slaten. 14 Issa peress li aħna nirċievu s-salarju mill-palazz,* u m’huwiex xieraq għalina li naraw lis-sultan jiġi mneżżaʼ minn ġidu, bgħatna ngħarrfu b’dan lis-sultan, 15 sabiex isir tiftix fi ktieb it-tifkiriet+ taʼ l-antenati tiegħek. Hemm se ssib u tkun taf li din hi belt ribelluża u tikkaġuna telf lis-slaten u lill-provinċji, u sa mill-qedem kien hemm fiha nies li qajmu r-rewwixti. Kien għalhekk li din il-belt saret ħerba.+ 16 Aħna qed ngħarrfu lis-sultan li, jekk din il-belt terġaʼ tinbena u s-swar tagħha jitlestew, int żgur li ma jkollok ebda sehem lil hinn mix-Xmara.”+
17 Is-sultan bagħat jgħid lil Reħum,+ l-uffiċjal ewlieni tal-gvern, u lil Simsaj l-iskriba u lill-bqija taʼ sħabhom+ li kienu joqogħdu fis-Samarija u l-oħrajn lil hinn mix-Xmara:
“Sliem!+ U issa 18 d-dokument uffiċjali li bgħattulna nqara b’mod ċar quddiemi. 19 Għalhekk, ħriġt ordni u sar tiftix+ u nstab li sa mill-qedem din il-belt qamet kontra s-slaten u fiha twettqu ribelljonijiet u rewwixti.+ 20 U kien hemm slaten b’saħħithom+ jaħkmu fuq Ġerusalemm u jiggvernaw lil kulħadd lil hinn mix-Xmara,+ u t-taxxa, il-ħaraġ, u l-ħlas kienu jingħataw lilhom.+ 21 Issa oħorġu ordni biex dawn l-irġiel b’saħħithom jieqfu, ħalli l-belt ma terġax tinbena sakemm noħroġ l-ordni jien. 22 Għalhekk, oqogħdu attenti li tfittxu taġixxu f’dan ir-rigward, biex ma tiżdiedx il-ħsara għad-dannu tas-slaten.”+
23 Wara li l-kopja tad-dokument uffiċjali tas-Sultan Artaserse nqrat quddiem Reħum+ u Simsaj+ l-iskriba u sħabhom,+ dawn telqu bl-għaġla lejn Ġerusalemm għand il-Lhud u waqqfuhom bil-forza.+ 24 Kien dakinhar li waqaf ix-xogħol tad-dar t’Alla, li kienet f’Ġerusalemm; u baqaʼ wieqaf sat-tieni sena tar-renju taʼ Darju,+ is-sultan tal-Persja.