Salmi
ל [Lamed]
2 Billi hu supperv, il-bniedem mill-agħar jiġri b’determinazzjoni wara l-magħkus;+
Huma jinqabdu bl-ideat li ħasbu fihom.+
3 Għax il-bniedem mill-agħar ftaħar bix-xewqa egoistika taʼ ruħu,+
U dak li għamel qligħ b’regħba,+ bierek lilu nnifsu;
נ [Nun]
Ma weriex rispett lejn Ġeħova.+
4 Fl-arroganza tiegħu, il-bniedem mill-agħar ma jagħtix kas;+
L-ideat kollha tiegħu huma: “M’hemmx Alla.”+
Il-ġudizzji tiegħek huma fl-għoli wisq għalih;+
U dawk kollha li jiħduha kontrih, jiddieħaq bihom.+
6 Qal f’qalbu: “M’iniex se nitħarrek;+
Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni ebda gwaj ma se jiġi fuqi.”+
פ [Pe]
ע [Għajn]
Għajnejh jgħarrxu għal xi ħadd sfortunat.+
9 Joqgħod jistenna fejn ma jidhirx bħal iljun fil-moħba tiegħu.+
Joqgħod jistenna+ biex ikaxkar bil-forza lil xi ħadd magħkus.
Ikaxkar bil-forza lill-magħkus meta jagħlaq ix-xibka tiegħu.+
10 Minħabba fih il-magħkus jitfarrak, jitbaxxa,
U l-kotra taʼ msejknin taqaʼ taħt difrejh b’saħħithom.+
ק [Kof]
13 Il-bniedem mill-agħar għala ma weriex rispett lejn Alla?+
Qal f’qalbu: “M’intix se titlob kont.”+
ר [Rex]
14 Għax int rajt l-inkwiet u d-dwejjaq.
Tibqaʼ tħares, biex tiħodhom f’idejk.+
L-isfortunat,+ it-tifel bla missier, jafda ruħu f’idejk.
Int sirt l-għajnuna tiegħu.+
ש [Xin]
15 Ikser driegħ il-bniedem mill-agħar u ħażin.+
Ikkastigah għall-ħażen tiegħu sakemm ma ssiblux iktar.+
ת [Taw]