Salmi 150 Faħħru lil Jah!+Faħħru lil Alla fil-post qaddis tiegħu.+Faħħruh fil-firxa tas-smewwiet li turi saħħtu.+ 2 Faħħruh għall-għemejjel setgħanin tiegħu.+Faħħruh skond l-abbundanza tal-kobor tiegħu.+ 3 Faħħruh bid-daqq tal-qarn.+Faħħruh bl-istrument tal-korda u l-arpa.+ 4 Faħħruh bit-tanburlin+ u ż-żfin.*+Faħħruh bl-istrument tal-korda+ u l-fifra.+ 5 Faħħruh biċ-ċimbali taʼ ħoss melodjuż.+Faħħruh biċ-ċimbali jdamdmu.+ 6 Kull ħaġa li tieħu n-nifs—ħa tfaħħar lil Jah.+Faħħru lil Jah!+