Melodija t’Asaf.+
50 Id-Divin,+ Alla, Ġeħova,+ tkellem;+
U jsejjaħ l-art,+
Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha.+
2 Minn ġo Sijon, il-perfezzjoni tas-sbuħija,+ Alla wera d-dija tiegħu.+
3 Alla tagħna ġej u ma jistax ikun jibqaʼ sieket.+
Qablu hemm nar jiblaʼ kollox,+
U madwaru qamet tempesta qalila.+
4 Isejjaħ is-smewwiet t’hemm fuq u l-art+
Sabiex jagħmel ġudizzju mill-poplu tiegħu:+
5 “Iġbruli lil-leali tiegħi,+
Dawk li għamlu patt miegħi b’sagrifiċċju.”+
6 Ħa jxandru s-smewwiet dwar is-sewwa tiegħu,+
Għax Alla hu Mħallef.+ Sela.
7 “Ismagħni, O poplu tiegħi, u jien inkellmek,+
O Israel, u nixhed kontrik.+
Jien Alla, Alla tiegħek.+
8 Mhux dwar is-sagrifiċċji tiegħek inwiddbek,+
Lanqas dwar l-offerti sħaħ tal-ħruq tiegħek li huma quddiemi l-ħin kollu.+
9 M’iniex se nieħu barri minn darek,+
Bdabad mill-imqawel tiegħek.
10 Għax kull annimal salvaġġ tal-foresta huwa tiegħi,+
Il-bhejjem fuq elf muntanja.+
11 Jien naf sew kull ħliqa bil-ġwienaħ li hemm fil-muntanji,+
U l-qtajjaʼ taʼ l-annimali tar-rabaʼ huma tiegħi.+
12 Kieku kont bil-ġuħ, ma kontx ngħid lilek;
Għax tiegħi hi l-art produttiva+ u kulma fiha.+
13 Jaqaw jien se niekol il-laħam tal-barrin b’saħħithom+
U nixrob id-demm tal-bdabad?+
14 Offri radd il-ħajr bħala sagrifiċċju lil Alla,+
U rodd il-wegħdi tiegħek lill-Iktar Għoli;+
15 U sejjaħli f’jum in-niket.+
Jien insalvak, u int tigglorifikani.”+
16 Imma lill-bniedem mill-agħar Alla se jkollu jgħidlu:+
“Xi dritt għandek issemmi r-regolamenti tiegħi+
U titkellem fuq il-patt tiegħi?+
17 Int—int bgħadt id-dixxiplina,+
U tibqaʼ titfaʼ kliemi warajk.+
18 Kulmeta kont tara ħalliel, kont saħansitra titgħaxxaq bih;+
U sehmek kien maʼ l-adulteri.+
19 Fommok tlaqtu għall-ħażen,+
U lsienek iżżommu mwaħħal mal-qerq.+
20 Int toqgħod bil-qiegħda u titkellem kontra ħuk stess,+
Tikxef in-nuqqas taʼ bin ommok.+
21 Int għamilt dawn l-affarijiet, u jien bqajt sieket.+
Int immaġinajt li jien kont se nsir bħalek.+
Se nwiddbek,+ u nurik kollox ċar quddiem għajnejk.+
22 Ifhmu dan, jekk jogħġobkom, intom li tinsew lil Alla,+
Li ma ntertaqkomx u ma jkun hemm ħadd li jeħliskom.+
23 Dak li joffrili radd il-ħajr bħala sagrifiċċju hu dak li jigglorifikani;+
U lil dak li jibqaʼ miexi fit-triq b’determinazzjoni,
Jien se nurih is-salvazzjoni minn Alla.”+