IT-TIELET KTIEB
(Salmi 73 – 89)
Melodija t’Asaf.+
73 Alla hu tassew tajjeb maʼ Israel, maʼ dawk li għandhom qalbhom nadifa.+
2 Min-naħa tiegħi, saqajja kienu kważi żvijaw,+
Għal naqra ma żlaqtx fil-mixi tiegħi.+
3 Għax ġietni l-għira għall-faħħarin,+
Meta rajt il-paċi tal-ħżiena.+
4 Għax huma m’għandhomx weġgħat tal-mewt;+
U żaqqhom kbira.+
5 M’għandhomx it-taħbit bħall-bnedmin mortali,+
U m’humiex imsawtin bħal bnedmin oħrajn.+
6 Għalhekk, is-suppervja hi għalihom bħal ġiżirana;+
Il-vjolenza tgeżwirhom bħal libsa.+
7 Għajnejhom imqabbżin ’il barra bil-ħxuna;+
Huma jisbqu l-immaġinazzjoni tal-qalb.+
8 Iwaqqgħu għaċ-ċajt u jitkellmu fuq affarijiet ħżiena;+
Jitkellmu b’arroganza dwar kif jimbroljaw.+
9 Il-ftaħir tagħhom laħaq sas-smewwiet,+
U jiġġerrew maʼ l-art u jgħidu li jridu bi lsienhom.+
10 Għalhekk, hu jġib lin-nies tiegħu lura hawnhekk,
U l-ilmijiet mimlijin jitbattlu għalihom.
11 U qalu: “Induna Alla?+
L-Iktar Għoli jaf b’xi ħaġa?”+
12 Ara! Dawn huma n-nies mill-agħar, li dejjem moħħhom mistrieħ.+
Huma żiedu l-mezz t’għajxien tagħhom.+
13 Żgur li għalxejn naddaft qalbi+
U li naħsel idejja fl-innoċenza.+
14 Ġejt imsawwat il-jum kollu+
U koreġut kull fil-għodu.+
15 Kieku għedt: “Se nitkellem dwar dawn l-affarijiet,”
Ara, kieku maʼ wliedek kollha
Kont inkun qed naġixxi bi tradiment.+
16 U jien bqajt nikkunsidra din il-ħaġa sabiex nifhimha;+
Imma kien diffiċli għalija,
17 Sakemm imbagħad dħalt fis-santwarju grandjuż t’Alla.+
Ridt nagħraf il-futur tagħhom.+
18 Żgur tqegħedhom fuq art tiżloq.+
Int twaqqagħhom f’rovina.+
19 O kif saru oġġett taʼ stagħġib f’daqqa waħda!+
Kif waslu fi tmiemhom, intemmew bi gwaj għal għarrieda!
20 Bħal ħolma malli wieħed jistenbaħ, O Ġeħova,+
Hekk int, meta tqum, se twarrab bi stmerrija x-xbieha tagħhom.+
21 Għax qalbi kienet imtliet bl-imrar+
U l-kliewi tgħidx kemm weġġgħuni;+
22 Ma bdejtx nirraġuna u ma kont naf xejn;+
Sirt bħall-bhejjem mill-ħarsa tiegħek.+
23 Imma jien miegħek il-ħin kollu;+
Int qbadtli idi l-leminija.+
24 Bil-parir tiegħek tmexxini,+
U mbagħad tiħodni lejn il-glorja.+
25 Lil min għandi fis-smewwiet?+
U ħliefek m’għandi ebda għaxqa oħra fuq l-art.+
26 Ġismi u qalbi ġew fix-xejn.+
Alla hu l-blata taʼ qalbi u s-sehem tiegħi għal dejjem.+
27 Għax, ara, dawk li jżommu ’l bogħod minnek se jgħibu.+
Int se ssikket lil kulmin jaġixxi b’mod immorali billi jitilqek.+
28 Imma min-naħa tiegħi, li nersaq qrib Alla huwa tajjeb għalija.+
Fil-Mulej Sovran Ġeħova stkennejt,+
Biex niddikjara l-għemejjel kollha tiegħek.+