Isaija
46 Bel+ intlewa,+ Nebo tgħawweġ; l-idoli tagħhom+ saru tal-bhejjem salvaġġi u taʼ l-annimali domestiċi, it-tagħbijiet tagħhom, is-soror tagħhom, toqol għall-annimali għajjenin. 2 Iridu jitgħawġu; ilkoll iridu jintlewew; ma jistgħux jipprovdu ħelsien+ għall-idoli tagħhom li jinġarru bħala toqol, imma huma stess imorru fil-jasar.+
3 “Ismagħni, O dar Ġakobb, u intom ilkoll li fadal minn dar Israel,+ intom li qandiltkom minn meta kontu fiż-żaqq, dawk li ġarrejt sa mill-ġuf.+ 4 Jien nibqaʼ l-istess Wieħed anki meta tixjieħu;+ anki meta xagħarkom isir griż nibqaʼ nqandilkom.+ Jien naġixxi,+ sabiex inġorr u nqandel u nipprovdi ħelsien.+
5 “ Maʼ min se xxebbhuni+ jew tagħmluni ugwali jew tqabbluni sabiex inkunu nixxiebhu?+ 6 Hemm dawk li qed joħorġu kemm jifilħu deheb mill-borża tal-flus, u jiżnu l-fidda bil-lasta tal-miżien. Iqabbdu lil xi ħadd li jaħdem il-metall, u hu jagħmel dan f’alla.+ Imbagħad jinxteħtu fl-art, iva, imilu.+ 7 Iġorruh fuq l-ispalla,+ iqandluh u jagħmluh f’postu sabiex joqgħod wieqaf hemmhekk. Ma jiċċaqlaqx minn postu.+ Jekk xi ħadd jgħajjatlu ma jwiġbux; ma jsalvax lil dak li jkun min-niket tiegħu.+
8 “Ftakru dan, sabiex tagħmlu kuraġġ. Daħħluh f’qalbkom,+ intom li tiksru l-liġi.+ 9 Ftakru fl-ewwel affarijiet taʼ żmien twil ilu,+ li jien id-Divin+ u m’hemmx Alla ieħor,+ u lanqas ħadd m’hu bħali;+ 10 jien li mill-bidu ngħid it-tmiem,+ u minn żmien twil ilu l-affarijiet li ma sarux;+ li ngħid, ‘L-iskop tiegħi se jreġi,+ u kulma nitgħaxxaq bih nagħmlu’;+ 11 li qed insejjaħ lil għasfur tal-priża minn tlugħ ix-xemx,+ lir-raġel li se jwettaq l-iskop tiegħi minn pajjiż ’il bogħod.+ Jien għedtu dan; jien inġiegħlu jseħħ.+ Jien sawwartu, u jien inwettqu.+
12 “Isimgħuni, intom taʼ qalb stinata,+ intom imbegħdin mis-sewwa.+ 13 Ressaqt is-sewwa tiegħi qrib.+ M’huwiex ’il bogħod,+ u s-salvazzjoni tiegħi m’hijiex ġejja tard.+ U se nagħti s-salvazzjoni lil Sijon, sbuħiti lil Israel.”+