Ġeremija
4 “Jekk trid terġaʼ lura, O Israel,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “tistaʼ terġaʼ lura għandi.+ U jekk tneħħi qżiżijietek minħabba fija,+ imbagħad ma tibqax bħal xi ħadd maħrub. 2 U jekk taħlef,+ ‘Daqskemm Ġeħova hu ħaj fil-verità,+ fil-ġustizzja u fis-sewwa!’+ imbagħad il-ġnus jitbierku bih, u jiftaħru bihom infushom minħabba fih.”+
3 Għax hekk qal Ġeħova lin-nies taʼ Ġuda u Ġerusalemm: “Aħartu l-art li hi tajba għall-ħrit, u tibqgħux tiżirgħu qalb ix-xewk.+ 4 Kunu ċirkonċiżi għal Ġeħova, u agħmlu ċ-ċirkonċiżjoni ’l qalbkom,+ nies taʼ Ġuda u abitanti taʼ Ġerusalemm; sabiex il-korla tiegħi ma toħroġx bħal nar, u taqbad bla ma ħadd jitfiha, minħabba l-ħażen taʼ l-għemejjel tagħkom.”+
5 Għidu dan f’Ġuda, u xandruh ukoll f’Ġerusalemm,+ u ħabbruh, u doqqu l-qarn mal-pajjiż kollu.+ Għajtu kemm tifilħu u għidu: “Inġabru flimkien ħa nidħlu fil-bliet fortifikati.+ 6 Għollu arblu bħala sinjal lejn Sijon. Fittxu l-kenn. Tiqfux.” Għax se nġib gwaj mit-tramuntana,+ iva, tiġrif kbir. 7 Hu qabeż bħal iljun mill-masġar tiegħu,+ u dak li qed jagħmel ħerba mill-ġnus telaq;+ ħareġ minn postu sabiex jagħmel lil pajjiżek oġġett taʼ stagħġib. Il-bliet tiegħek isiru rovini, u b’hekk ma jkunx hemm min jgħammar fihom.+ 8 Għalhekk, tħażżmu bl-ilbies taʼ l-ixkora.+ Ħabbtu fuq sidirkom u newħu,+ għax Ġeħova ma reġġax lura r-rabja taħraq tiegħu minn fuqna.+
9 “U jiġri dakinhar,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “li s-sultan jaqtaʼ qalbu,+ u jaqtgħu qalbhom ukoll il-prinċpijiet; u l-qassisin jibqgħu mistagħġbin, u l-profeti stess jiskantaw.”+
10 U jien għedt: “Jaħasra, O Mulej Sovran Ġeħova! Int tassew qarraqt għalkollox b’dan il-poplu+ u b’Ġerusalemm meta għedt, ‘Ikollkom is-sliem,’+ u s-sejf wasal sar-ruħ.”
11 Dak iż-żmien jingħad lil dan il-poplu u lil Ġerusalemm: “Hemm riħ jaħraq ġej mill-passaġġi tax-xagħri+ u jinsab fi triqtu lejn bint il-poplu tiegħi,+ mhux biex iderri* u lanqas biex inaddaf il-qmuħ. 12 Minn hemmhekk, ir-riħ qawwi jiġi lejja. Issa jien ukoll ngħidilhom il-ġudizzji tiegħi.+ 13 Ara! L-għadu jitlaʼ bħas-sħab tax-xita, u l-karrijiet tiegħu huma bħal riħ taʼ tempesta.+ Iż-żwiemel tiegħu huma eħfef mill-ajkli.+ Gwaj għalina, għax ġejna rovinati! 14 Aħsel qalbek mill-ħażen, O Ġerusalemm, biex tkun tistaʼ tiġi salvata.+ Kemm se jdumu jgħammru fik il-ħsibijiet żbaljati tiegħek?+ 15 Għax hemm leħen jitkellem minn Dan+ u jxandar il-ħsara mir-reġjun muntanjuż t’Efrajm.+ 16 Iva, għidu dan lill-ġnus. Xandruh kontra Ġerusalemm.”
“Ġejjin għassiesa minn pajjiż ’il bogħod,+ u huma jgħollu leħinhom kontra l-bliet taʼ Ġuda. 17 Bħal gwardji fil-kampanja daru kontriha minn kull naħa,+ għax hi saħansitra rribellat kontrija,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 18 “Ikollok tħallas taʼ l-imġiba u l-għemejjel tiegħek.+ Dan il-ħlas ikun il-gwaj tiegħek għax hu taʼ mrar u għax wasal dritt sa qalbek.”
19 Ajma l-ġewwieni,* il-ġewwieni tiegħi! Għandi wġigħ kbir fil-ħitan taʼ qalbi.+ Qalbi mimlija ansjetà.+ Ma nistax noqgħod sieket, għax smajt il-ħoss tal-qarn, l-għajta tal-gwerra.+ 20 Tħabbret tiġrifa fuq oħra, għax il-pajjiż kollu sar ħerba.+ F’daqqa waħda ħarbtuli t-tined tiegħi,+ id-drappijiet tat-tined tiegħi f’mument wieħed. 21 Kemm se ndum nara s-sinjal u nismaʼ l-ħoss tal-qarn?+ 22 Għax il-poplu tiegħi iblah.+ Ma tawx kasi.+ M’humiex ulied għaqlin; u ma jistgħux jifhmu.+ Biex jagħmlu l-ħażen huma għorrief, imma mbagħad it-tajjeb ma jafux jagħmluh.+
23 Ħarist lejn l-art, u, ara, kienet vojta u mitluqa;+ u lejn is-smewwiet, u dawn ma kellhomx iżjed dawl.+ 24 Ħarist lejn il-muntanji, u, ara, kienu qed jitriegħdu, u l-għoljiet kollha kienu ġew mheżżin.+ 25 U ħarist, u ma kienx hemm bniedem wieħed, u l-ħlejjaq li jtiru fis-smewwiet kienu ħarbu kollha.+ 26 Ħarist, u l-art li kienet bħal ġnien tal-frott saret xagħri, u l-bliet tagħha kienu ġġarrfu kollha.+ Dan seħħ minn Ġeħova, bir-rabja taħraq tiegħu.
27 Għax hekk qal Ġeħova: “Il-pajjiż kollu se jsir art abbandunata,+ u m’għandix jien inġib qerda totali?+ 28 Għalhekk, il-pajjiż se jitnikket,+ u s-smewwiet taʼ fuqu jiddallmu.+ Għax jien tkellimt, ħsibtha sew, u ma ddispjaċinix, lanqas ma se jerġaʼ jibdieli.+ 29 Minħabba l-ħoss tar-rikkieba taż-żwiemel u taʼ dawk li jisparaw bil-qaws, il-belt kollha kemm hi qed taħrab.+ Daħlu fl-imsaġar, u telgħu fil-blat.+ Kull belt tħalliet, u m’hemm ebda bniedem jgħammar fiha.”
30 Kont tilbes l-iskarlat, kont tiżżejjen bid-deheb, kont tkabbar għajnejk biż-żebgħa sewda,+ imma issa li tneżżajt, x’se tagħmel? Għalxejn kont toqgħod tipprova tidher sabiħa.+ Dawk li kienu jixegħlu bil-passjoni għalik warrbuk; il-ħin kollu jipprovaw jiħdulek ħajtek.+ 31 Għax jien smajt leħen bħal dak taʼ mara marida, l-uġigħ bħal dak taʼ mara li qed tiled l-ewwel tarbija tagħha,+ leħen bint Sijon b’nifisha maqtugħ. Hi tiftaħ idejha+ u tgħid: “Gwaj għalija issa, għax għejejt bil-qattilin!”+