Levitiku
4 U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Jekk xi ħadd*+ jidneb bi żball*+ f’xi waħda mill-affarijiet li Ġeħova kkmanda li m’għandhomx isiru, u fil-fatt jagħmel waħda minnhom:
3 “‘Jekk jidneb+ il-qassis, il-midluk,+ u b’hekk iġib il-ħtija fuq il-poplu, għad-dnub+ li jkun għamel irid jippreżenta barri żgħir bla difett lil Ġeħova bħala offerta għad-dnub. 4 U jġib il-barri fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa+ quddiem Ġeħova u jqiegħed idu fuq ras il-barri,+ u joqtol il-barri quddiem Ġeħova. 5 U l-qassis, il-midluk,+ jaqbad ftit mid-demm tal-barri u jġibu fit-tinda tal-laqgħa; 6 u l-qassis ibill sebgħu+ fid-demm u jroxx ftit mid-demm sebaʼ darbiet+ quddiem Ġeħova, quddiem il-purtiera tal-post qaddis. 7 U l-qassis ipoġġi quddiem Ġeħova ftit mid-demm fuq il-qrun+ taʼ l-artal taʼ l-inċens ifuħ, li qiegħed fit-tinda tal-laqgħa, u dak kollu li jibqaʼ mid-demm tal-barri jsawbu f’riġlejn+ l-artal taʼ l-offerta tal-ħruq, li qiegħed fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa.
8 “‘Inkwantu għax-xaħam kollu tal-barri taʼ l-offerta għad-dnub, hu jneħħi minnu x-xaħam li jiksi l-imsaren, saħansitra x-xaħam kollu taʼ fuq l-imsaren,+ 9 u ż-żewġ kilwiet u x-xaħam taʼ fuqhom, kif ukoll dak taʼ fuq il-ġenbejn. U x-xaħam taʼ mal-fwied ineħħih flimkien mal-kliewi.+ 10 Ikun l-istess bħal dak li jitneħħa minn barri tas-sagrifiċċju taʼ sħubija.+ U l-qassis jaħraqhom fuq l-artal taʼ l-offerta tal-ħruq.+
11 “‘Imma inkwantu għall-ġilda tal-barri u l-laħam kollu tiegħu flimkien maʼ rasu u riġlejh* u msarnu u l-ħmieġ tiegħu,+ 12 jiġifieri, il-barri kollu kemm hu, il-qassis iġiegħel li jinħareġ ’il barra mill-kamp+ f’post nadif fejn jintefaʼ l-irmied+ bix-xaħam fuqu, u jaħarqu fuq il-ħatab fin-nar.+ Għandu jiġi maħruq fejn jintefaʼ l-irmied bix-xaħam fuqu.
13 “‘Issa jekk il-ġemgħa kollha taʼ Israel tagħmel żball+ u l-kongregazzjoni ma tkunx konxja tal-fatt li huma għamlu xi ħaġa minn dak kollu li Ġeħova jikkmanda li m’għandux isir, u b’hekk ikunu saru ħatjin,+ 14 u d-dnub li jkunu għamlu kontra din il-ħaġa jkun sar magħruf,+ il-kongregazzjoni trid tippreżenta barri żgħir bħala offerta għad-dnub u trid iġġibu quddiem it-tinda tal-laqgħa. 15 U x-xjuħ tal-ġemgħa jqiegħdu idejhom fuq ras il-barri+ quddiem Ġeħova, u l-barri jinqatel quddiem Ġeħova.
16 “‘Imbagħad il-qassis, il-midluk,+ irid iġib ftit mid-demm tal-barri fit-tinda tal-laqgħa.+ 17 U l-qassis ibill sebgħu fi ftit mid-demm u jroxxu sebaʼ darbiet quddiem Ġeħova, quddiem il-purtiera.+ 18 U jpoġġi ftit mid-demm fuq il-qrun taʼ l-artal+ li qiegħed quddiem Ġeħova u li qiegħed fit-tinda tal-laqgħa; u dak kollu li jibqaʼ mid-demm isawbu f’riġlejn l-artal taʼ l-offerta tal-ħruq,+ li qiegħed fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa. 19 U jneħħilu x-xaħam kollu, u jaħarqu fuq l-artal.+ 20 U lill-barri jagħmillu bħalma għamel lill-ewwel barri taʼ l-offerta għad-dnub. Hekk jagħmillu; u l-qassis jagħmel tpattija+ għalihom, u b’hekk jinħafrilhom. 21 U hu jġiegħel li l-barri jinħareġ ’il barra mill-kamp u jaħarqu, bħalma ħaraq l-ewwel barri.+ Din hi offerta għad-dnub għall-kongregazzjoni.+
22 “‘Meta jidneb kap ewlieni+ u jagħmel xi ħaġa mhux apposta minn dak kollu li Ġeħova Alla tiegħu jikkmanda li m’għandux isir,+ u b’hekk isir ħati, 23 jew id-dnub li jkun għamel kontra l-kmandament ikun ġie mgħarraf lilu,+ hu jrid iġib bħala l-offerta tiegħu gidi,+ bla difett. 24 U jqiegħed idu fuq ras+ il-gidi u joqtlu fil-post fejn l-offerta tal-ħruq tinqatel regolarment quddiem Ġeħova.+ Din hi offerta għad-dnub.+ 25 U l-qassis jieħu ftit mid-demm taʼ l-offerta għad-dnub b’sebgħu u jpoġġih fuq il-qrun+ taʼ l-artal taʼ l-offerta tal-ħruq, u jsawwab il-bqija taʼ demmu f’riġlejn l-artal taʼ l-offerta tal-ħruq. 26 U jaħraq ix-xaħam kollu tiegħu fuq l-artal bħax-xaħam tas-sagrifiċċju taʼ sħubija;+ u l-qassis jagħmel tpattija għalih għal dnubu,+ u b’hekk jinħafirlu.
27 “‘U jekk xi ħadd min-nies tal-pajjiż jidneb mhux apposta billi jagħmel xi ħaġa minn dak li Ġeħova jikkmanda li m’għandux isir, u b’hekk isir ħati,+ 28 jew id-dnub li jkun għamel ikun ġie mgħarraf lilu, irid iġib bħala l-offerta tiegħu gidja,+ bla difett, għad-dnub li jkun għamel. 29 U jqiegħed idu fuq ras+ l-offerta għad-dnub u joqtol l-offerta għad-dnub fl-istess post fejn qatel l-offerta tal-ħruq.+ 30 U l-qassis jieħu ftit minn demmha b’sebgħu u jpoġġih fuq il-qrun+ taʼ l-artal taʼ l-offerta tal-ħruq, u jsawwab dak kollu li jibqaʼ minn demmha f’riġlejn+ l-artal. 31 U jneħħilha x-xaħam+ kollu, bħalma tneħħa x-xaħam minn mas-sagrifiċċju taʼ sħubija;+ u l-qassis jaħraqha fuq l-artal bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova;+ u l-qassis jagħmel tpattija għalih, u b’hekk jinħafirlu.+
32 “‘Imma jekk bħala offerta għad-dnub iġib ħaruf+ bħala l-offerta tiegħu, għandu jġib ħarufa, bla difett.+ 33 U jqiegħed idu fuq ras l-offerta għad-dnub u joqtolha bħala offerta għad-dnub fil-post fejn l-offerta tal-ħruq tinqatel+ regolarment. 34 U l-qassis jieħu ftit mid-demm taʼ l-offerta għad-dnub b’sebgħu u jpoġġih fuq il-qrun taʼ l-artal taʼ l-offerta tal-ħruq,+ u jsawwab dak kollu li jibqaʼ minn demmha f’riġlejn l-artal. 35 U jneħħi x-xaħam kollu tagħha l-istess bħalma jitneħħa regolarment ix-xaħam tal-muntun żgħir tas-sagrifiċċju taʼ sħubija, u l-qassis jaħraqhom fuq l-artal, fuq l-offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-nar;+ u l-qassis jagħmel tpattija+ għalih għad-dnub li jkun għamel, u b’hekk jinħafirlu.+