Numri
30 Imbagħad Mosè kellem lill-kapijiet+ tat-tribujiet taʼ wlied Israel u qalilhom: “Din hi l-kelma li kkmanda Ġeħova: 2 Jekk raġel jagħmel wegħda+ lil Ġeħova jew jaħlef li jorbot ruħu b’wegħda+ t’astinenza,+ m’għandux jikser kelmtu.+ Għandu jagħmel skond kulma ħareġ minn fommu.+
3 “U jekk mara tagħmel wegħda lil Ġeħova+ jew tintrabat b’wegħda t’astinenza fid-dar taʼ missierha f’żgħożitha, 4 u missierha jismaʼ l-wegħda tagħha jew il-wegħda t’astinenza tagħha li ntrabtet biha, u missierha ma jgħidilha xejn, il-wegħdi kollha tagħha jibqgħu jgħoddu, u kull wegħda t’astinenza+ li ntrabtet biha tibqaʼ tgħodd. 5 Imma jekk missierha jħassrilha dakinhar li jismaʼ l-wegħdi kollha tagħha jew il-wegħdi t’astinenza tagħha li ntrabtet bihom, dawn ma jibqgħux jgħoddu, u Ġeħova jaħfrilha, għaliex missierha ħassrilha.+
6 “Madankollu, jekk, fil-fatt, tkun miżżewġa, u l-wegħda tagħha tkun fuqha+ jew il-wegħda bla ħsieb taʼ xofftejha li ntrabtet biha, 7 u żewġha jismagħha u ma jgħidilha xejn dakinhar li jismagħha, il-wegħdi tagħha jibqgħu jgħoddu u l-wegħdi t’astinenza tagħha li ntrabtet bihom jibqgħu jgħoddu wkoll.+ 8 Imma jekk żewġha dakinhar li jismagħha jħassrilha,+ ikun annulla l-wegħda tagħha li kienet fuqha jew il-wegħda bla ħsieb taʼ xofftejha li ntrabtet biha, u Ġeħova jaħfrilha.+
9 “Fil-każ tal-wegħda t’armla jew mara divorzjata, kulma ntrabtet bih ikun jgħodd kontriha.
10 “Madankollu, jekk ikun fid-dar taʼ żewġha li għamlet wegħda jew intrabtet b’wegħda t’astinenza+ permezz taʼ xi ħalfa, 11 u żewġha semagħha u ma qalilha xejn, ma jkunx ħassrilha; u l-wegħdi kollha tagħha jibqgħu jgħoddu u kwalunkwe wegħda t’astinenza li ntrabtet biha tibqaʼ tgħodd. 12 Imma jekk żewġha jkun annullahom għalkollox dakinhar li semaʼ kwalunkwe espressjoni taʼ xofftejha bħala l-wegħdi tagħha jew bħala wegħda t’astinenza li ntrabtet biha, ma jibqgħux jgħoddu.+ Żewġha annullahom, u Ġeħova jaħfrilha.+ 13 Kull wegħda jew kull ħalfa taʼ wegħda t’astinenza li biha tgħakkes ruħha,*+ żewġha għandu jistabbiliha u żewġha għandu jannullaha. 14 Imma jekk żewġha ma jgħidilha assolutament xejn minn jum għal jum, ikun stabbilixxa l-wegħdi kollha tagħha jew il-wegħdi t’astinenza kollha tagħha li jkunu fuqha.+ Ikun stabbilihom għaliex ma qalilha xejn dakinhar li semagħhom. 15 U jekk jannullahom għalkollox wara li jismagħhom, hu jġorr l-iżball tagħha.+
16 “Dawn huma r-regolamenti li Ġeħova kkmanda lil Mosè, bejn raġel u martu,+ bejn missier u bintu f’żgħożitha fid-dar taʼ missierha.”+