1 Korintin
12 Issa, ħuti, ma rridkomx ma tkunux tafu dwar l-għotjiet spiritwali.+ 2 Intom tafu li meta kontu nies tal-ġnus,+ kontu tittieħdu b’diversi modi quddiem dawk l-idoli+ taʼ bla leħen.+ 3 Għalhekk, irridkom tkunu tafu li, meta jkun qed jitkellem bl-ispirtu t’Alla, ħadd ma jgħid: “Ġesù hu misħut!”+ u ħadd ma jistaʼ jgħid: “Ġesù hu Mulej!” jekk mhux bl-ispirtu qaddis.+
4 Issa hemm għotjiet differenti,+ imma l-istess spirtu;+ 5 u hemm ministeri differenti,+ iżda l-istess Mulej;+ 6 u hemm ħidmiet differenti,+ iżda l-istess Alla+ li jwettaq il-ħidmiet kollha f’kulħadd.+ 7 Imma l-manifestazzjoni taʼ l-ispirtu tingħata lil kull wieħed għal skop siewi.+ 8 Per eżempju, wieħed jingħata kliem t’għerf+ permezz taʼ l-ispirtu, ieħor kliem t’għarfien+ skond l-istess spirtu, 9 ieħor fidi+ permezz taʼ l-istess spirtu, ieħor għotjiet taʼ fejqan+ permezz taʼ dan l-ispirtu wieħed, 10 jerġaʼ ieħor atti t’għemejjel setgħanin,+ ieħor ipprofetizzar,+ ieħor dixxerniment+ taʼ kliem imnebbaħ,+ ieħor ilsna differenti,+ u ieħor interpretazzjoni+ taʼ l-ilsna. 11 Imma dawn il-ħidmiet kollha jwettaqhom l-istess spirtu wieħed,+ li jqassamhom+ lil kull wieħed individwalment kif irid hu.+
12 Għax bħalma l-ġisem hu wieħed imma għandu ħafna membri, u l-membri kollha taʼ dak il-ġisem, għalkemm ħafna, huma ġisem wieħed,+ hekk ukoll hu l-Kristu.+ 13 Għax, tassew, ilkoll ġejna mgħammdin+ bi spirtu wieħed f’ġisem wieħed, sew Lhud u sew Griegi, sew ilsiera u sew ħelsin, u lkoll ngħatajna biex nixorbu+ spirtu wieħed.
14 Tabilħaqq, il-ġisem mhux membru wieħed, imma ħafna.+ 15 Kieku s-sieq kellha tgħid: “La m’iniex id, jien m’iniex parti mill-ġisem,” b’daqshekk ma jkunx ifisser li mhix parti mill-ġisem.+ 16 U kieku l-widna kellha tgħid: “La m’iniex għajn, jien m’iniex parti mill-ġisem,” b’daqshekk ma jkunx ifisser li mhix parti mill-ġisem.+ 17 Kieku l-ġisem kollu kien għajn, fejn kien ikun is-smigħ? Kieku kollu kien smigħ, fejn kien ikun ix-xamm? 18 Imma issa Alla qiegħed il-membri fil-ġisem, kull wieħed minnhom, kif għoġbu.+
19 Kieku kienu kollha membru wieħed,+ fejn kien ikun il-ġisem? 20 Imma issa huma ħafna membri,+ iżda ġisem wieħed. 21 L-għajn ma tistax tgħid lill-id: “M’għandix bżonnok”; jew, ir-ras ma tistax tgħid lis-saqajn: “M’għandix bżonnkom.” 22 Minflok, il-fatt hu li l-membri tal-ġisem li jidhru li huma iktar dgħajfin+ huma bżonnjużi, 23 u dawk il-partijiet tal-ġisem li naħsbu li huma inqas onorabbli nagħtuhom ferm iktar unur,+ u għalhekk il-partijiet mhux attraenti għandhom ferm iktar sbuħija, 24 filwaqt li l-partijiet sbieħ m’għandhom bżonn xejn. Madankollu, Alla għaqqad flimkien il-ġisem, u ta ferm iktar unur lill-parti li kienet nieqsa minnu, 25 sabiex ma jkunx hemm firda fil-ġisem, imma l-membri tiegħu jieħdu ħsieb xulxin bl-istess mod.+ 26 U jekk membru wieħed isofri, il-membri l-oħra kollha jsofru+ miegħu; jew jekk membru jiġi glorifikat,+ il-membri l-oħra kollha jithennew miegħu.+
27 Issa intom il-ġisem taʼ Kristu, u kull wieħed minnkom hu membru tiegħu.+ 28 U Alla qiegħed lil membri differenti fil-kongregazzjoni,+ l-ewwel, appostli;+ it-tieni, profeti;+ it-tielet, għalliema;+ imbagħad għemejjel setgħanin;+ imbagħad għotjiet taʼ fejqan;+ servizzi t’għajnuna,+ abbiltajiet biex tingħata direzzjoni,+ ilsna differenti.+ 29 M’humiex ilkoll appostli jew profeti jew għalliema, hux hekk? Mhux ilkoll iwettqu għemejjel setgħanin 30 jew għandhom għotjiet taʼ fejqan, hux hekk? Mhux ilkoll jitkellmu bl-ilsna+ jew huma tradutturi,+ hux hekk? 31 Imma ibqgħu fittxu l-akbar għotjiet+ biż-żelu. Madankollu, jien nurikom triq li tisboqhom ilkoll.+