1 Korintin
4 Ħa jistmawna l-bnedmin bħala qaddejja taħt l-awtorità+ taʼ Kristu u prokuraturi+ tas-sigrieti sagri+ t’Alla. 2 Jerġaʼ, f’dan il-każ, dak li hu mistenni mill-prokuraturi+ hu li jkunu leali.+ 3 Issa għalija hi ħaġa żgħira ferm li niġi mistħarreġ minnkom jew minn tribunal tal-bnedmin.+ Lanqas jien ma nistħarreġ lili nnifsi. 4 Għax il-kuxjenza tiegħi hi nadifa f’kollox.+ Iżda dan ma jurix li jien ġust, imma dak li jistħarriġni hu Ġeħova.+ 5 Għalhekk, tiġġudikaw+ xejn qabel il-waqt, sakemm jiġi l-Mulej,+ li jġib għad-dawl+ is-sigrieti tad-dlam u jikxef l-iskopijiet tal-qlub,+ u mbagħad kull wieħed jieħu t-tifħir tiegħu mingħand Alla.+
6 Issa, ħuti, dan kollu dawwartu biex japplika għalija u għal Apollo+ għall-ġid tagħkom, biex mill-każ tagħna titgħallmu r-regola: “Tmorrux lil hinn minn dak li hemm miktub,”+ sabiex ħadd minnkom ma jintefaħ+ favur wieħed u kontra l-ieħor.+ 7 Għax min jagħmlek biex tkun differenti+ minn ħaddieħor? Tabilħaqq, x’għandek li ma rċivejtx?+ Issa, jekk int tabilħaqq irċivejtu,+ għala tiftaħar+ bħallikieku ma rċivejtux?
8 Diġà għandkom bix-xabaʼ, hux hekk? Diġà stagħnejtu, hux tassew?+ Bdejtu ssaltnu+ mingħajrna, hux hekk? Tassew, nixtieq li bdejtu ssaltnu sabiex aħna wkoll inkunu nistgħu nsaltnu magħkom.+ 9 Għax jidhirli li lilna l-appostli, Alla poġġiena l-aħħar fil-wirja+ bħala nies kundannati għall-mewt+ għax sirna spettaklu teatrali+ għad-dinja, għall-anġli,+ u għall-bnedmin.+ 10 Aħna boloh+ minħabba Kristu, imma intom għaqlin+ fi Kristu; aħna dgħajfin,+ imma intom b’saħħitkom;+ intom għandkom isem tajjeb,+ imma aħna qegħdin fid-diżunur.+ 11 S’issa stess għadna bil-ġuħ+ u anki bil-għatx+ u bilkemm għandna x’nilbsu+ u niġu trattati ħażin*+ u m’għandniex fejn noqogħdu+ 12 u nitħabtu,+ billi naħdmu b’idejna stess.+ Meta jgħajruna, inbierku;+ meta jippersegwitawna, nissaportu;+ 13 meta jimmalafamawna, nitolbu bil-ħrara;+ sirna bħall-iskart tad-dinja, l-irmixk taʼ kollox, s’issa.+
14 Mhux qed niktbilkom dan biex inġegħelkom tistħu, imma biex inwiddibkom bħala wliedi maħbubin.+ 15 Għax anki jekk ikollkom għaxart elef għalliem*+ fi Kristu, żgur m’għandkomx ħafna missirijiet;+ għax fi Kristu Ġesù jien sirt missierkom permezz taʼ l-aħbar tajba.+ 16 Għaldaqstant nitlobkom bil-ħrara: imitaw lili.+ 17 Huwa għalhekk li qed nibagħtilkom lil Timotju,+ għax hu ibni+ maħbub u leali fil-Mulej; u jfakkarkom fil-metodi tiegħi fis-servizz lil Kristu Ġesù,+ bħalma qed ngħallem kullimkien f’kull kongregazzjoni.
18 Xi wħud intefħu+ bħallikieku ma kontx ġej għandkom. 19 Imma jien dalwaqt ġej għandkom, jekk hi r-rieda taʼ Ġeħova,+ u nkun naf mhux biss id-diskors taʼ dawk li ntefħu imma wkoll il-qawwa tagħhom. 20 Għax is-saltna t’Alla mhix qiegħda fid-diskors, imma fil-qawwa.+ 21 Xi tridu? Niġi għandkom bil-ħatar,+ jew bl-imħabba u bi spirtu taʼ ħlewwa?+