Imħallfin
16 Darba Sansun mar Gaża+ u hemmhekk ra prostituta u daħal għandha.+ 2 U lill-Gażin ngħatatilhom l-aħbar: “Sansun daħal hawnhekk.” Għalhekk, dawruh+ u qagħdu jistennewh il-lejl kollu f’bieb il-belt.+ U qagħdu kwieti l-lejl kollu, u qalu: “Malli jisbaħ fil-għodu, noqtluh.”+
3 Madankollu, Sansun imtedd sa nofs il-lejl u mbagħad qam f’nofs il-lejl u qabad il-bibien taʼ bieb il-belt+ u ż-żewġ pilastri tal-ġenb u qalagħhom flimkien maʼ l-istanga u għabbiehom fuq spallejh u ġarrhom+ ’il fuq lejn il-quċċata tal-muntanja quddiem Ħebron.+
4 U ġara wara dan, li sar iħobb mara mill-wied* taʼ Sorek, u kien jisimha Dalila.+ 5 U s-sidien alleati+ tal-Filistin telgħu għandha u qalulha: “Qarraq+ bih u ara fiex qiegħda s-saħħa kbira tiegħu u kif nistgħu negħlbuh u biex nistgħu nkunu ċerti li norbtuh ħalli rrażżnuh; u kull wieħed minna jagħtik elf u mitt biċċa tal-fidda.”+
6 Iktar tard Dalila qalet lil Sansun: “Għidli, jekk jogħġbok, Fiex qiegħda s-saħħa kbira tiegħek u biex jistaʼ jorbtok xi ħadd ħalli jrażżnek?”+ 7 Imbagħad Sansun qalilha: “Jekk jorbtuni b’sebaʼ ħbula tan-nerv+ friski u mhux imnixxfin, jien niddgħajjef u nsir bħal bniedem komuni.” 8 Għalhekk, is-sidien alleati+ tal-Filistin ġabulha sebaʼ ħbula tan-nerv friski u mhux imnixxfin. U iktar tard rabtitu bihom. 9 Issa n-nies kienu mistoħbijin fil-kamra taʼ ġewwa tagħha,+ u hi qaltlu: “Il-Filistin+ huma fuqek, Sansun!” Għal dan, qataʼ l-ħbula fi tnejn, bħalma ħajta mibruma tal-qanneb tinqataʼ fi tnejn malli xxomm in-nar.+ U ma skoprewx minfejn kienet ġejja s-saħħa tiegħu.+
10 U Dalila+ qalet lil Sansun: “Ara! Int għaddejtni biż-żmien u gdibtli.+ Issa għidli, jekk jogħġbok, biex tistaʼ tintrabat.” 11 Għalhekk, qalilha: “Jekk jorbtuni sew bi ħbula ġodda li ma sar ebda xogħol bihom, jien niddgħajjef u nsir bħal bniedem komuni.” 12 Allura Dalila ħadet ħbula ġodda u rabtitu bihom u qaltlu: “Il-Filistin huma fuqek, Sansun!” Sadanittant, in-nies kienu staħbew fil-kamra taʼ ġewwa.+ Għal dan, hu qataʼ l-ħbula fi tnejn minn maʼ dirgħajh bħal ħajta.+
13 Imbagħad Dalila qalet lil Sansun: “S’issa għaddejtni biż-żmien u gdibtli.+ Għidli biex tistaʼ tintrabat.”+ U qalilha: “Billi tinseġ is-sebaʼ malji taʼ rasi mal-ħjut mimdudin tan-newl.”+ 14 Għaldaqstant issikkathom bil-musmar, u qaltlu: “Il-Filistin huma fuqek, Sansun!”+ Għalhekk, qam mill-irqad u qalaʼ l-musmar tan-newl u l-ħjut mimdudin.
15 Issa qaltlu: “Kif tażżarda tgħid, ‘Inħobbok,’+ meta qalbek m’hijiex miegħi? Dawn it-tliet darbiet għaddejtni biż-żmien u m’għedtlix fiex qiegħda s-saħħa kbira tiegħek.”+ 16 U ġara li minħabba li l-ħin kollu bdiet tagħmillu pressjoni+ bi kliemha u baqgħet tinsistilu, ruħu tilfet il-paċenzja għall-mewt.+ 17 Fl-aħħar, fetaħ qalbu magħha+ għalkollox u qalilha: “Il-mus+ qatt m’għadda minn fuq rasi, għax jien ilni Nażirit t’Alla minn żaqq ommi.+ Kieku kelli nitqarweż, is-saħħa tiegħi titlaqni, u niddgħajjef u nsir bħall-bnedmin l-oħrajn kollha.”+
18 Meta Dalila rat li kien fetaħ qalbu magħha għalkollox, minnufih bagħtet issejjaħ lis-sidien alleati+ tal-Filistin, u qaltilhom: “Itilgħu din id-darba, għax hu fetaħ qalbu miegħi għalkollox.”+ U s-sidien alleati tal-Filistin telgħu għandha u ġabu l-flus magħhom.+ 19 U hi raqqditu fuq irkopptejha. Imbagħad sejħet raġel u ġegħlitu jqarwiżlu s-sebaʼ malji taʼ rasu, u mbagħad bdiet turi li kienet rażżnitu, u s-saħħa tiegħu bdiet titilqu. 20 Issa qalet: “Il-Filistin huma fuqek, Sansun!” Għal dan, qam mill-irqad u qal: “Se noħroġ bħal drabi oħrajn+ u ninħeles.” U hu ma kienx jaf li Ġeħova kien telqu.+ 21 Għalhekk, il-Filistin qabduh u qalgħulu għajnejh+ u niżżluh Gaża+ u rabtuh b’żewġ ktajjen tar-ram aħmar;+ u qabbduh jitħan+ fil-ħabs.+ 22 Sadanittant, wara li tqarweż,+ ix-xagħar taʼ rasu reġaʼ beda jikber folt.
23 U s-sidien alleati tal-Filistin inġabru flimkien biex joffru sagrifiċċju kbir lill-alla tagħhom Dagon+ u biex jifirħu, u bdew jgħidu: “L-alla tagħna ta f’idejna lil Sansun, l-għadu tagħna!”+ 24 Meta rawh in-nies, minnufih bdew ifaħħru lill-alla tagħhom,+ “għax,” qalu huma, “l-alla tagħna ta f’idejna l-għadu tagħna+ u dak li ħarbtilna artna+ u li qatel ħafna minna.”+
25 U ġara li minħabba li qalbhom kienet ferħana,+ qalu: “Sejħu lil Sansun biex joqgħod idaħħaqna.”+ Għalhekk, sejħu lil Sansun mill-ħabs biex jgħaddu ż-żmien bih;+ u qegħduh bil-wieqfa bejn il-kolonni. 26 Imbagħad Sansun qal lit-tifel li kien qed iżommlu idu: “Ħallini nħoss il-kolonni li d-dar hi mwaqqfa fis-sod fuqhom ħa nserraħ magħhom.” 27 (Issa d-dar kienet mimlija rġiel u nisa, u s-sidien alleati kollha tal-Filistin kienu hemmhekk;+ u fuq il-bejt kien hemm madwar tlett elef raġel u mara li kienu qed iħarsu waqt li Sansun kien qed idaħħaqhom.)+
28 Imbagħad Sansun+ sejjaħ lil Ġeħova+ u qal: “Mulej Sovran Ġeħova, jekk jogħġbok ftakar fija,+ u saħħaħni,+ jekk jogħġbok, għal din id-darba biss, O int l-Alla l-veru, u ħallini nivvendika ruħi mill-Filistin għal waħda minn għajnejja t-tnejn.”+
29 Għal dan, Sansun ipprepara ruħu maż-żewġ kolonni tan-nofs li d-dar kienet imwaqqfa fis-sod fuqhom, u qabad magħhom, waħda b’idu l-leminija u l-oħra bix-xellugija. 30 U Sansun qal: “Ħa tmut ruħi+ mal-Filistin.” Imbagħad intlewa bis-saħħa, u d-dar waqgħet fuq is-sidien alleati u fuq in-nies kollha li kienu fiha,+ u b’hekk il-mejtin li qatel f’mewtu kienu iktar milli qatel f’ħajtu.+
31 Iktar tard niżlu ħutu u n-nies kollha taʼ dar missieru u refgħuh u tellgħuh u difnuh bejn Sorgħa+ u Estagħol+ fejn indifen missieru Manogħa.+ U kien iġġudika lil Israel għal għoxrin sena.+