Eżekjel
15 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, is-siġra tad-dielja,+ jew ir-rimja tagħha li tikber fost is-siġar tal-foresta, kif inhi differenti minn kull siġra oħra? 3 Jaqaw in-nies jieħdu minnha xi lasta biex jaħdmu biha? Jew jagħmlu minnha xi musmar biex idendlu xi ħaġa miegħu? 4 Ara! Fin-nar tintefaʼ ħalli jkollu biex jaqbad.+ Iż-żewġt itruf tagħha jiblagħhom in-nar, u fin-nofs tinħaraq.+ Imbagħad tkun tajba għal xi xogħol? 5 Ara! Meta tkun sħiħa, ma tintużax għax-xogħol. Mela, kemm inqas tistaʼ tintuża għax-xogħol meta jkun belagħha n-nar u nħarqet!”+
6 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Bħas-siġra tad-dielja fost is-siġar tal-foresti, li jien tajt lin-nar ħalli jkollu biex jaqbad, hekk tajt l-abitanti taʼ Ġerusalemm.+ 7 U dawwart wiċċi kontrihom.+ Ħarġu min-nar, imma n-nar jiblagħhom.+ U intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova, meta ndawwar wiċċi kontrihom.’”+
8 “‘U l-pajjiż nagħmlu art abbandunata,+ talli ma wrewx fedeltà,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”