Eżekjel
21 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, dawwar wiċċek lejn Ġerusalemm u lissen+ kliem lejn il-postijiet qaddisin,+ u pprofetizza kontra l-art taʼ Israel.+ 3 U għid lill-art taʼ Israel, ‘Hekk qal Ġeħova: “Ara, jien kontrik,+ u se noħroġ sejfi mill-għant tiegħu+ u naqtaʼ minnek il-ġust u l-ħażin.+ 4 Sabiex naqtaʼ minnek il-ġust u l-ħażin, sejfi se joħroġ mill-għant tiegħu kontra l-bnedmin kollha min-nofsinhar sat-tramuntana.+ 5 U l-bnedmin kollha se jkollhom ikunu jafu li jien stess, Ġeħova, ħriġt sejfi mill-għant tiegħu.+ Ma jerġax jidħol lura.”’+
6 “U int, O bin il-bniedem, tniehed b’ġenbejn jirtogħdu.+ U wkoll, tniehed bi mrar quddiem għajnejhom.+ 7 U jrid iseħħ li jekk jgħidulek, ‘Għalfejn qed titniehed?’+ int tgħidilhom, ‘Minħabba rapport.’+ Għax ġej żgur,+ u kull qalb iddub+ u l-idejn kollha jintelqu u kull spirtu jiddgħajjef u l-irkopptejn kollha jqattru l-ilma.*+ ‘Ara! Żgur ġej+ u jseħħ,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
8 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 9 “Bin il-bniedem, ipprofetizza, u għid, ‘Hekk qal Ġeħova: “Għid, ‘Sejf, sejf!+ Ġie misnun+ u llostrat ukoll. 10 Ġie misnun biex tiġi organizzata qatla; ġie llostrat biex ikun ileqq.’”’”+
“Imma aħna m’għandniex raġun nifirħu?”+
“‘Qiegħed is-sejf jiċħad ix-xettru+ taʼ ibni stess,+ bħalma qed jiċħad kull siġra oħra?+
11 “‘U jingħata biex ikun illostrat, sabiex jinżamm fl-id u jintuża. Dan—is-sejf—ġie misnun u llostrat, sabiex jingħata f’idejn wieħed qattiel.+
12 “‘Għajjat u newwaħ,+ O bin il-bniedem, għax is-sejf ġie kontra l-poplu tiegħi stess;+ ġie kontra l-kapijiet ewlenin kollha taʼ Israel.+ Dawn intefgħu għas-sejf flimkien mal-poplu tiegħi.+ Għalhekk, agħti fuq koxxtok.+ 13 Għax is-sejf ġie eżaminat,+ u jekk qed jiċħad ukoll lix-xettru x’se jsir minnu dan?+ Mhux se jibqaʼ jeżisti,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
14 “U int, O bin il-bniedem—ipprofetizza, u ħabbat idek maʼ l-oħra,+ u rripeti ‘Sejf!’ tliet darbiet.+ Huwa s-sejf li joqtol. Huwa s-sejf li joqtol lil xi ħadd kbir, sejf li qed idur madwarhom.+ 15 Sabiex il-qalb iddub+ u joktru l-mirbuħin fil-bibien kollha tal-belt,+ jien se noqtol bis-sejf. Ah, hu magħmul biex ileqq, illostrat għall-qatla!+ 16 Kun sejf li jaqtaʼ,+ mur lejn il-lemin! Ħu postok; mur lejn ix-xellug! Lejn kulfejn iħares wiċċek! 17 U jien ukoll inħabbat idi maʼ l-oħra,+ u nserraħ+ il-korla tiegħi.+ Jien, Ġeħova, tkellimt.”
18 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 19 “U int, O bin il-bniedem, agħmel żewġ toroq minfejn jidħol is-sejf tas-sultan taʼ Babilonja.+ It-tnejn li huma joħorġu minn pajjiż wieħed, u agħmel sinjal li jindika d-direzzjoni;+ agħmlu f’ras it-triq li tagħti għall-belt. 20 Triq waħda agħmilha biex is-sejf jidħol kontra Rabba+ taʼ wlied Għammon, u t-triq l-oħra kontra Ġuda, kontra Ġerusalemm fortifikata.+ 21 Għax is-sultan taʼ Babilonja waqaf f’salib it-toroq, f’ras iż-żewġ toroq, sabiex jirrikorri għat-teħbir.+ Ħawwad il-vleġeġ. Staqsa permezz tat-terafim;*+ fittex fil-fwied. 22 It-teħbir f’idu l-leminija wera li kellhom imorru kontra Ġerusalemm, biex jitwaqqfu magni li jġarrfu l-ħitan,+ biex jingħata l-kmand għall-qatla, biex tissemmaʼ l-għajta tal-gwerra,+ biex jitwaqqfu magni li jġarrfu bibien il-belt, biex jinbnew rampi għall-assedju, biex jinbena ħajt taʼ l-assedju.+ 23 U f’għajnejn dawk li ħalfulhom+ dan kien bħal teħbir mhux veru;+ u hu qed jiftakar fl-iżball tagħhom,+ u b’hekk jinqabdu.+
24 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli ġegħeltu li l-iżball tagħkom jitfakkar, meta nkixef il-ksur tagħkom tal-liġi, u b’hekk dnubietkom dehru fl-għemejjel tagħkom kollha, iva, talli qed tiġu miftakrin+ se tinħatfu f’idejn l-għadu.’+
25 “U int, O kap ewlieni+ mill-agħar taʼ Israel,+ ferut għall-mewt, li wasallu jumu fi żmien l-iżball taʼ l-aħħar,+ 26 hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Neħħi t-turbant, u inżaʼ l-kuruna.+ L-affarijiet ma jibqgħux l-istess.+ Għolli dak li hu baxx,+ u baxxi dak li hu għoli.+ 27 Rovina, rovina, rovina nagħmilha.+ U din ukoll, ma tkun taʼ ħadd sakemm jiġi dak li għandu d-dritt legali,+ u nagħtihielu.’+
28 “U int, O bin il-bniedem, ipprofetizza, u għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova dwar ulied Għammon u dwar iż-żebliħ tagħhom.’ U għid, ‘Sejf, sejf mislut għall-qatla, illostrat biex ileqq,+ biex jiblaʼ, 29 għax huma jaraw għalik* viżjonijiet mhux reali, għax jeħbrulek gidba,+ sabiex tiġi mitfugħa fuq il-maqtulin, il-ħżiena li jumhom waslilhom fi żmien l-iżball taʼ l-aħħar.+ 30 Daħħlu lura f’għantu. Se niġġudikak fil-post fejn inħloqt, fil-pajjiż minfejn ġejt.+ 31 U nferraʼ kontrik il-kundanna tiegħi. Nonfoħ fuqek in-nar tal-qilla tiegħi,+ u nagħtik f’idejn irġiel li ma jirraġunawx, dawk li s-sengħa tagħhom hi li jġibu rovina.+ 32 Int tkun ikel għan-nar.+ Demmek jiġri f’nofs l-art. Ħadd ma jiftakrek, għax jien, Ġeħova, tkellimt.’”+