Eżekjel
29 Fl-għaxar sena, fl-għaxar xahar, fit-tnax-il jum tax-xahar, il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, dawwar wiċċek lejn il-Fargħun, is-sultan taʼ l-Eġittu,+ u pprofetizza kontrih u kontra l-Eġittu kollu.+ 3 Tkellem, u għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, jien kontrik, O Fargħun, sultan taʼ l-Eġittu,+ il-mostru kbir tal-baħar+ li qiegħed imxaħxaħ f’nofs il-kanali tiegħu tan-Nil,+ li qal, ‘Ix-Xmara Nil hija tiegħi, u jien—jien għamiltha għalija nnifsi.’+ 4 U jien inqegħedlek il-ganċijiet fix-xedaq tiegħek+ u nġiegħel lill-ħut tal-kanali tiegħek tan-Nil biex jaqbad mal-qxur taʼ ġildek. U ntellgħek mill-kanali tiegħek tan-Nil u l-ħut kollu tal-kanali tan-Nil jaqbad mal-qxur tiegħek. 5 U nabbandunak fix-xagħri, lilek u l-ħut kollu tal-kanali tiegħek tan-Nil.+ Fuq wiċċ ir-rabaʼ taqaʼ.+ Fdalijietek ma jiġbruhomx jew jiġimgħuhom flimkien. Nagħtik lill-bhejjem salvaġġi taʼ l-art u lill-ħlejjaq li jtiru fis-smewwiet bħala ikel.+ 6 U l-abitanti kollha taʼ l-Eġittu se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova,+ talli kienu bħal appoġġ, qasba għal dawk taʼ dar Israel.+ 7 Meta qabduk b’idejhom, int tfarrakt,+ u ċarrattilhom spallithom kollha. U meta straħu fuqek, int tkissirt,+ u ġegħelt lil ġenbejhom jitriegħdu.”+
8 “‘Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, se nġib sejf fuqek,+ u naqtaʼ minnek il-bniedem u l-annimal domestiku.+ 9 U l-art taʼ l-Eġittu ssir art abbandunata u mħarbta;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova, talli qal, ‘Ix-Xmara Nil tiegħi, u jien stess għamiltha.’+ 10 Għalhekk, ara, jien kontrik u kontra l-kanali tiegħek tan-Nil,+ u l-art taʼ l-Eġittu nagħmilha mħarbta u niexfa, art abbandunata,+ minn Migdol+ sa Swene+ u sal-fruntiera taʼ l-Etjopja. 11 La sieq taʼ bniedem+ u lanqas sieq t’annimal domestiku ma tgħaddi minnha,+ u għal erbgħin sena ma tkunx abitata.+ 12 U nagħmel l-art taʼ l-Eġittu art abbandunata f’nofs il-pajjiżi abbandunati;+ u blietha jkunu abbandunati f’nofs il-bliet imħarbtin għal erbgħin sena;+ u lill-Eġizzjani nferrixhom fost il-ġnus u nxerridhom fost il-pajjiżi.”+
13 “‘Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Wara erbgħin sena+ niġbor l-Eġizzjani flimkien minn fost il-popli li jkunu xterdu fihom,+ 14 u nġib lura l-grupp t’Eġizzjani mjassrin; u nġibhom lura lejn l-art taʼ Patros,+ lejn l-art li ġew minnha, u hemmhekk isiru saltna baxxa. 15 Issir iktar baxxa mis-saltniet l-oħrajn, u ma tintrefax iktar fuq ġnus oħrajn,+ u tant inġibhom ftit fl-għadd li l-ġnus l-oħrajn ma jibqgħux taħthom.+ 16 U din ma tibqax iktar il-fiduċja taʼ dar Israel+ u tfakkar l-iżball li għamlu meta daru warajhom.+ U se jkollhom ikunu jafu li jien il-Mulej Sovran Ġeħova.”’”
17 Issa ġara fis-sena sebgħa u għoxrin, fl-ewwel xahar, fl-ewwel jum tax-xahar, li l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid: 18 “Bin il-bniedem, Nebukadressar,+ is-sultan taʼ Babilonja, ġiegħel il-qawwa militari tiegħu twettaq servizz kbir kontra Tir.+ Kull ras tfartset, u kull spalla nstelħet,+ imma ma kienx hemm ħlas+ minn Tir, la għalih u lanqas għall-qawwa militari tiegħu għas-servizz li wettaq kontriha.
19 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, jien se nagħti l-art taʼ l-Eġittu+ lil Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja, u hu jġorr l-għana tagħha u jiħodha bħala priża kbira+ u jisraq ħafna affarijiet minnha; u tkun bħala ħlas għall-qawwa militari tiegħu.’
20 “‘Bħala kumpens għas-servizz tiegħu li wettaq kontriha tajtu l-art taʼ l-Eġittu, għax aġixxew għalija,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
21 “Dakinhar inġiegħel qarn* jinbet għal dar Israel,+ u niftaħlek fommok f’nofshom;+ u huma se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.”