Eżekjel
8 U ġara fis-sitt sena, fis-sitt xahar, fil-ħames jum tax-xahar, li kont bil-qiegħda f’dari u x-xjuħ taʼ Ġuda kienu bil-qiegħda quddiemi,+ u id il-Mulej Sovran Ġeħova niżlet fuqi hemmhekk.+ 2 U bdejt inħares, u rajt xi ħaġa qisha nar;+ u minn dawk li kienu jidhru qishom ġenbejh u ’l isfel kien hemm nar,+ u minn ġenbejh ’il fuq kien hemm xi ħaġa tidher tleqq, tixgħel bħall-metall imħallat mid-deheb u l-fidda.+ 3 Imbagħad bħal donnu ħareġ idu+ u qabadni minn troffa xagħar taʼ rasi; u spirtu+ ġarrni bejn l-art u s-smewwiet u ġabni Ġerusalemm fil-viżjonijiet t’Alla,+ lejn id-daħla tal-bieb taʼ ġewwa+ li jħares lejn it-tramuntana, fejn jgħammar is-simbolu taʼ l-għira li qed iqanqal l-għira.*+ 4 U, ara! Il-glorja taʼ l-Alla taʼ Israel kienet hemmhekk,+ u kienet tidher bħalma kont rajtha fil-pjanura fil-wied.
5 U qalli: “Bin il-bniedem, jekk jogħġbok, erfaʼ għajnejk lejn it-tramuntana.” Għalhekk, erfajt għajnejja lejn it-tramuntana, u lejn it-tramuntana tal-bieb taʼ l-artal kien hemm dan is-simbolu taʼ l-għira+ fid-daħla. 6 U kompla jgħidli: “Bin il-bniedem, qiegħed tara l-affarijiet ferm mistkerrhin li qed jagħmlu,+ l-affarijiet li n-nies taʼ dar Israel qed jagħmlu hawnhekk biex jien nitbiegħed mis-santwarju tiegħi?+ U madankollu se tara affarijiet oħrajn ferm mistkerrhin.”
7 Għaldaqstant ħadni lejn id-daħla tal-bitħa, u bdejt inħares, u kien hemm toqba fil-ħajt. 8 U issa qalli: “Bin il-bniedem, jekk jogħġbok, ħaffer il-ħajt.”+ U jien ħaffirt il-ħajt, u kien hemm daħla. 9 U żied jgħidli: “Idħol u ara l-affarijiet mistkerrhin tant terribbli li qed jagħmlu hawnhekk.”+ 10 Għalhekk, dħalt u bdejt inħares, u kien hemm kull rappreżentazzjoni+ taʼ ħlejjaq li jitkaxkru u taʼ bhejjem moqżieża,+ u kull idolu taʼ dar Israel moqżież daqs id-demel,+ u dawn kienu minquxin fuq il-ħajt dawramejt. 11 U kien hemm weqfin quddiemhom sebgħin raġel+ mix-xjuħ taʼ dar Israel, b’Ġagħżanija bin Safan+ wieqaf f’nofshom, u kull wieħed kellu inċensier f’idu, u l-fwieħa tas-sħaba taʼ l-inċens kienet tielgħa ’l fuq.+ 12 U qalli: “Rajt, O bin il-bniedem, x’qed jagħmlu x-xjuħ taʼ dar Israel fid-dlam,+ kull wieħed fil-kmamar taʼ ġewwa fejn għandu l-figuri skolpiti tiegħu? Għax qed jgħidu, ‘Ġeħova mhux qed jarana.+ Ġeħova ħalla l-pajjiż.’”
13 U kompla jgħidli: “Se tarahom jagħmlu affarijiet oħrajn ferm mistkerrhin.”+ 14 Għalhekk, ħadni lejn id-daħla tal-bieb tad-dar taʼ Ġeħova, li qiegħda lejn it-tramuntana, u kien hemm in-nisa bil-qiegħda, jibku ’l-alla Tammuż.
15 U qalli wkoll: “Qed tarah dan, O bin il-bniedem? Se tara affarijiet jerġaʼ agħar minn dawn l-affarijiet ferm mistkerrhin.”+ 16 Għalhekk, ħadni fil-bitħa taʼ ġewwa tad-dar taʼ Ġeħova,+ u fid-daħla tat-tempju taʼ Ġeħova, bejn il-loġġa u l-artal,+ kien hemm xi ħamsa u għoxrin raġel+ b’daharhom lejn it-tempju taʼ Ġeħova+ u wiċċhom lejn il-lvant imilu lejn ix-xemx.+
17 U kompla jgħidli: “Qed tarah dan, O bin il-bniedem? Hija ħaġa żgħira għal dar Ġuda li jagħmlu dawn l-affarijiet mistkerrhin li għamlu hawnhekk, biex jimlew ukoll il-pajjiż bil-vjolenza+ u jerġgħu joffenduni, u qed jgħollu r-rimja* maʼ mnieħri? 18 Għalhekk, jien ukoll se naġixxi bil-korla.+ Għajnejja ma jitħassruhomx, u ma nagħdirhomx.+ U huma se jgħajtu f’widnejja b’leħen qawwi, imma jien ma nismagħhomx.”+