Għamos
6 “Gwaj għal dawk f’Sijon li huma moħħhom mistrieħ+ u għal dawk li qed jafdaw fil-muntanja tas-Samarija! Huma l-uħud distinti tal-ġens ewlieni, u lejhom ġiet id-dar taʼ Israel. 2 Morru Kalne, u araw; minn hemmhekk morru Ħamat+ li hi miżgħuda bin-nies, u inżlu Gat+ tal-Filistin. Huma aħjar minn dawn is-saltniet, jew huwa t-territorju tagħhom akbar mit-territorju tagħkom?+ 3 Qegħdin intom tinsew jum il-gwaj,+ u tqarrbu l-post fejn tgħammar il-vjolenza?+ 4 Intom li timteddu fuq sodod taʼ l-avorju+ u tintelqu fuq id-divani tagħkom, u tieklu l-imtaten mill-merħla u l-għoġiela minn fost l-imsemmnin;+ 5 li tqabblu għanjiet skond il-ħoss taʼ l-istrument tal-korda;+ li, bħal David, ħloqtu għalikom strumenti għall-kant;+ 6 intom li tixorbu minn skutelli bl-inbid,+ u tindilku bi żjut mill-ifjen,+ u li ma mradtux minħabba l-katastrofi taʼ Ġużeppi.+
7 “Għalhekk, issa se jkunu l-ewwel eżiljati fost dawk li jmorru fl-eżilju,+ u żmien ix-xalar irid jitlaq.
8 “‘Il-Mulej Sovran Ġeħova ħalef b’ruħu stess,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova l-Alla taʼ l-armati, ‘“Nistmerr il-kburija taʼ Ġakobb,+ u t-torrijiet mgħammrin tiegħu bgħadthom,+ u l-belt b’kulma fiha nagħtiha lill-għedewwa.+ 9 U jiġri li jekk jibqaʼ għaxart irġiel f’dar waħda, iridu jmutu wkoll.+ 10 U ħu missier wieħed minnhom ikollu jġorrhom wieħed wieħed, u jaħraqhom wieħed wieħed, sabiex joħroġ l-għadam minn ġod-dar.+ U jkollu jistaqsi lil min ikun fl-iktar partijiet ġewwinin tad-dar, ‘Hemm xi ħadd ieħor miegħek?’ U hu jgħid, ‘Ħadd!’ U jkollu jgħid, ‘Iskot! Għax mhux il-waqt li jissemma l-isem taʼ Ġeħova.’”+
11 “‘Għax, ara, Ġeħova qed jikkmanda,+ u hu jaħbat għad-dar il-kbira u jagħmilha borġ ġebel u d-dar iż-żgħira terrapien.+
12 “‘Jaqaw iż-żwiemel jiġru fuq blat għoli, jew wieħed jaħrat hemmhekk bil-baqar? Għax il-ġustizzja biddiltuha fi pjanta velenuża,+ u l-frott tas-sewwa fi pjanta morra,* 13 intom li qed tifirħu b’xi ħaġa li ma teżistix;+ li qed tgħidu: “Mhux bis-saħħa tagħna ħadna qrun* għalina?”+ 14 Ara! Qed inqajjem kontrikom, O dar taʼ Israel,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova l-Alla taʼ l-armati, ‘ġens,+ u jaħqarkom mid-daħla taʼ Ħamat+ ’l isfel sal-wied* taʼ l-Għaraba.’”