LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Levitiku 17:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 Għalhekk, m’għandhomx jibqgħu joffru s-​sagrifiċċji tagħhom lid-​demonji*+ li magħhom qed ikollhom relazzjoni immorali.+ Dan iservi bħala statut għal żmien indefinit għalikom, matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom.”’

  • Dewteronomju 31:16
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 16 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Ara! Int se timtedd maʼ missirijietek;+ u dawn in-​nies se jqumu+ u jkollhom relazzjoni immorali m’allat barranin taʼ l-​art li sejrin fiha,+ eżatt f’nofshom, u jabbandunawni+ u jiksru l-​patt tiegħi li għamilt magħhom.+

  • Imħallfin 2:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 U lanqas mill-​imħallfin tagħhom ma semgħu, imma kellhom relazzjonijiet immorali+ m’allat oħrajn+ u mielu quddiemhom. Huma malajr żvijaw mit-​triq li kienu mxew fiha missirijiethom. Dawn kienu obdew il-​kmandamenti taʼ Ġeħova+ imma huma m’għamlux hekk.

  • Imħallfin 8:33
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 33 U ġara li malli miet Gidegħon, ulied Israel reġaʼ beda jkollhom relazzjonijiet immorali mal-​Bagħalim,+ u b’hekk ħatru lil Bagħal-berit bħala l-​alla tagħhom.+

  • Ġeremija 3:9
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 9 U hi pprostitwiet ruħha għax ma kinitx serja, u kompliet tniġġes il-​pajjiż+ u tagħmel adulterju mal-​ġebel u mas-​siġar;+

  • Eżekjel 6:9
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 9 U dawk fostkom li jaħarbu żgur se jiftakruni fost il-​ġnus fejn ikunu ttieħdu fil-​jasar,+ għax qasmuli qalbi peress li l-​qalb żienja tagħhom warrbet minni+ u għajnejhom qed jiġru wara l-​idoli tagħhom moqżieża daqs id-​demel biex jiżnu magħhom;+ u minn wiċċhom ikun jidher li qed jistkerrhu lilhom infushom minħabba l-​affarijiet ħżiena li għamlu bl-​affarijiet mistkerrhin kollha tagħhom.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja