4 Għax hu jbiegħed lil ibnek milli jimxi warajja, u huma jaqdu lil allat oħrajn;+ u r-rabja taʼ Ġeħova tixgħel kontrikom, u jġibek fix-xejn minnufih.+
2 mill-ġnus li għalihom Ġeħova kien qal lil ulied Israel: “M’għandkomx tidħlu fosthom,+ u huma m’għandhomx jidħlu fostkom; għax żgur idawrulkom qalbkom biex tmorru wara l-allat tagħhom.”+ Maʼ dawn intrabat Salamun+ biex iħobbhom.
26 Mhux minħabba fihom dineb Salamun is-sultan taʼ Israel?+ U fost il-ħafna ġnus ma kienx hemm sultan bħalu;+ u kien maħbub minn Alla tiegħu,+ u għalhekk Alla għamlu sultan fuq Israel kollu. Imma anki lilu ġegħluh jidneb in-nisa barranin li żżewweġ.+