13 “Int trid tkellem lil ulied Israel u tgħidilhom, ‘Fuq kollox għandkom tħarsu s-Sabatijiet tiegħi,+ għax dan hu sinjal bejni u bejnkom matul il-ġenerazzjonijiet tagħkom sabiex tkunu tafu li jien Ġeħova qed inqaddiskom.+
8 Għalhekk, trid tqaddsu,+ għaliex hu dak li qed jippreżenta l-ħobż t’Alla tiegħek. Għandu jkun qaddis għalik,+ għaliex jien, Ġeħova, li qed inqaddiskom, qaddis jien.+
23 L-Alla tal-paċi+ nnifsu jqaddiskom kompletament.+ Jalla l-ispirtu u r-ruħ u l-ġisem tagħkom, aħwa, ikunu sħaħ f’kull aspett u jinżammu bla ħtija għall-preżenza tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu.+
13 Madankollu, aħna obbligati li dejjem irroddu ħajr lil Alla għalikom, aħwa maħbubin minn Ġeħova, għax Alla għażilkom+ mill-bidu għas-salvazzjoni billi qaddiskom+ bl-ispirtu+ u bil-fidi tagħkom fil-verità.+