28 U jsiru t’Aron u taʼ wliedu b’regolament għal żmien indefinit li għandu jitwettaq minn ulied Israel, għaliex hu sehem sagru;+ u jsir sehem sagru li għandu jingħata minn ulied Israel. Hu s-sehem sagru tagħhom għal Ġeħova mis-sagrifiċċji taʼ sħubija tagħhom.+
8 U Ġeħova kompla jgħid lil Aron: “U jien, ara, tajtek biex tieħu ħsieb il-kontribuzzjonijiet li jagħtuni.+ L-affarijiet imqaddsin kollha taʼ wlied Israel, jien tajthom lilek u lil uliedek bħala sehmek, bħala sehmek għal żmien indefinit.+