53 U l-Leviti għandhom jikkampjaw madwar it-tabernaklu tat-Testimonjanza, biex ma jqumx għadab+ kontra l-ġemgħa taʼ wlied Israel; u l-Leviti għandhom iħarsu s-servizz tat-tabernaklu tat-Testimonjanza.”+
32 U l-kap ewlieni fuq il-kapijiet ewlenin tal-Leviti kien Elegħażar,+ bin Aron, il-qassis, li kien jindokra lil dawk li kellhom l-obbligu li jieħdu ħsieb il-post qaddis.
4 U jridu jingħaqdu miegħek u jħarsu l-obbligu tagħhom li jieħdu ħsieb it-tinda tal-laqgħa rigward is-servizz kollu tat-tinda, u ebda individwu mhux awtorizzat* ma jistaʼ jersaq qribkom.+
11 U mbagħad fis-santwarju tiegħi jsiru ministri b’pożizzjonijiet taʼ indokrar fil-bibien tad-Dar u ministri fid-Dar.+ Huma joqtlu l-offerta sħiħa tal-ħruq u s-sagrifiċċju għan-nies,+ u jieqfu quddiemhom biex jaqduhom.+