28“U int ġib ħdejk lil ħuk Aron u lil uliedu miegħu minn fost ulied Israel sabiex jaqdu bħala qassisin għalija,+ Aron+ u wliedu Nadab u Abiħu,+ Elegħażar u Itamar.+
10 U għandek taħtar lil Aron u lil uliedu, u dawn iridu jieħdu ħsieb is-saċerdozju+ tagħhom; u kwalunkwe individwu mhux awtorizzat* li jersaq qrib għandu jingħata l-mewt.”+
8 “F’dak iż-żmien partikulari Ġeħova warrab apparti lit-tribù taʼ Levi+ biex iġorr l-arka tal-patt taʼ Ġeħova,+ ħalli jieqaf quddiem Ġeħova biex jaqdih+ u jbierek f’ismu sa dan il-jum.+
12 U r-raġel li jkun prużuntuż u ma jagħtix widen lill-qassis, li jkun qed jaqdi hemmhekk lil Ġeħova Alla tiegħek, jew lill-imħallef,+ dan ir-raġel għandu jmut;+ u trid teqred il-ħażen minn Israel.+