55 “‘Iżda, jekk ma tkeċċux minn quddiemkom l-abitanti taʼ l-art,+ dawk li tħallu minnhom isiru bħal tingiż f’għajnejkom u bħal xewk f’ġenbejkom, u tabilħaqq li jaħqrukom fl-art li se tgħammru fiha.+
16 U int għandek teqred lill-popli kollha li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.+ Għajnejk m’għandhomx jitħassruhom;+ u taqdix lill-allat tagħhom,+ għaliex din tkun nassa għalik.+