30 Għaldaqstant, Ġeħova ta wkoll f’idejn Israel lil din il-belt u lis-sultan tagħha, u huma ħabtu għaliha u għal kull ruħ li kien hemm fiha b’xifer is-sejf. Ma ħallew ’il ħadd ħaj fiha. Għalhekk, lis-sultan tagħha għamlulu bħalma kienu għamlu lis-sultan taʼ Ġeriko.+
32 Għaldaqstant, Ġeħova ta lil Lakis f’idejn Israel, u b’hekk huma rebħuha fit-tieni jum, u ħabtu għaliha u għal kull ruħ li kien hemm fiha b’xifer is-sejf,+ skond kulma kienu għamlu lil Libna.