26 Għaldaqstant ħadu l-barri ż-żgħir li tahom. Imbagħad ħejjewh u qagħdu jsejħu isem Bagħal minn fil-għodu sa nofsinhar, u jgħidu: “O Bagħal, wiġibna!” Imma ma nstemaʼ l-ebda leħen,+ u ħadd ma wiġibhom.+ U baqgħu jzappu madwar l-artal li kienu għamlu.
23 Għidu l-affarijiet li ġejjin wara, sabiex inkunu nafu li intom allat.+ Iva, imisskom tagħmlu l-ġid jew id-deni, sabiex nistagħġbu u naraw dan flimkien.+
5 Huma bħal raġel tat-tiben* f’għalqa tal-ħjar, u ma jistgħux jitkellmu.+ Bilfors ikollhom jintrefgħu, għax ma jistgħux jagħmlu pass.+ Tibżgħux minnhom, għax ma jistgħux jagħmlu ħsara, u iżjed minn hekk, lanqas ġid ma jistgħu jagħmlu.”+