48 Għal dan, Abimelek telaʼ fuq il-Muntanja Żalmon,+ hu u n-nies kollha li kienu miegħu. U Abimelek ħa mannara f’idu u qataʼ fergħa mis-siġar, refagħha, poġġieha fuq spalltu, u qal lin-nies li kienu miegħu: “Dak li rajtuni nagħmel—ħaffu, agħmlu bħali!”+