48 U jkollok taqdi lill-għedewwa tiegħek,+ li Ġeħova jibgħat kontrik, bil-ġuħ,+ bl-għatx, bl-għera, u bl-għaks f’kollox; u jpoġġilek madmad tal-ħadid fuq għonqok sakemm iġibek fix-xejn.+
11 Għalhekk, niżlu tlett elef raġel taʼ Ġuda lejn l-għar tal-blata t’Għetam+ u qalu lil Sansun: “Ma tafx li l-Filistin qed jaħkmu fuqna?+ Allura, xi jfisser dan li għamiltilna?” Imbagħad hu qalilhom: “Kif għamluli għamiltilhom.”+