29 Imbagħad Mosè qal lil Ħobab, bin Regħwel+ il-Midjani, il-kunjatu taʼ Mosè: “Aħna se nitilqu lejn il-post li dwaru Ġeħova qal, ‘Nagħtihulkom.’+ Ejja magħna, u żgur li nagħmlulek il-ġid,+ għaliex Ġeħova lissen il-ġid rigward Israel.”+
32 U jrid iseħħ li jekk tiġi magħna,+ iva, irid iseħħ li bit-tjubija li biha Ġeħova jagħmlilna l-ġid, aħna, mill-banda l-oħra, nagħmlulek il-ġid.”
16 U wlied il-Keni,+ il-kunjatu taʼ Mosè,+ telgħu mill-belt tas-siġar tal-palm+ maʼ wlied Ġuda lejn ix-xagħri taʼ Ġuda, li qiegħed lejn in-nofsinhar t’Għarad.+ Imbagħad telqu u bdew jgħammru man-nies.+
11 Issa Ħeber+ il-Keni kien infired mill-Kenin,+ ulied Ħobab, il-kunjatu taʼ Mosè,+ u kellu t-tinda tiegħu mwaqqfa ħdejn is-siġra l-kbira f’Sagħnannim, li qiegħda f’Kedes.