28 Fejn se nitilgħu? Ħutna qatgħulna qalbna+ meta qalulna: “Hemmhekk rajna poplu akbar u itwal minna,+ bliet kbar u fortifikati sas-smewwiet+ kif ukoll lil ulied l-Għanakin.”’+
9 u qaltilhom: “Jien tassew naf li Ġeħova se jagħtikom l-art,+ u li waqaʼ fuqna l-biżaʼ minnkom,+ u li l-abitanti kollha tal-pajjiż għandhom qalbhom maqtugħa minħabba fikom.+
5 U l-irġiel t’Għaj qatlu madwar sitta u tletin raġel minnhom. Marru jiġru warajhom+ minn quddiem il-bieb sa Sebarim* u komplew joqtluhom fin-niżla. Għaldaqstant, qalb il-poplu bdiet iddub u saret bħall-ilma.+