22 U n-nies taʼ Ġuda għamlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ u għalhekk qanqluh+ għall-għira* iktar milli kienu għamlu missirijiethom bid-dnubiet li dinbu bihom.+
10 Imma Edom baqaʼ jirvella minn taħt idejn Ġuda sa dan il-jum. Kien f’dak iż-żmien li Libna+ bdiet tirvella fl-istess ħin minn taħt idejh, għaliex hu kien telaq lil Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietu.+
8 Meta rajt dan, peress li Israel ma wrietx fedeltà u għamlet adulterju, jien keċċejtha+ u tajtha ċ-ċertifikat biex niddivorzjaha għalkollox,+ u madankollu oħtha Ġuda t-traditura ma beżgħetx, imma hi stess bdiet tipprostitwixxi ruħha wkoll.+