29 Għax jien naf tajjeb li wara mewti intom żgur li se taġixxu b’mod mill-agħar,+ u se titbiegħdu mit-triq li kkmandajtkom dwarha; u fi tmiem il-jiem jiġi fuqkom il-gwaj,+ għaliex tagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, u b’hekk toffenduh bix-xogħlijiet taʼ idejkom.”+
16 talli tkunu ksirtu l-patt taʼ Ġeħova Alla tagħkom li hu kkmandakom, u talli tkunu mortu u qdejtu allat oħrajn u miltu quddiemhom.+ U r-rabja taʼ Ġeħova ċertament li se tixgħel kontrikom,+ u intom tgħibu bil-ħeffa mill-art tajba li takom hu.”+
26 “Madankollu, saru diżubbidjenti+ u rribellaw kontrik+ u baqgħu jitfgħu l-liġi tiegħek wara daharhom,+ u lill-profeti tiegħek stess qatluhom,+ dawk li xehdu kontrihom biex ireġġgħuhom lura lejk;+ u huma baqgħu jwettqu atti taʼ nuqqas kbir taʼ rispett.+