1 Kronaki
14 U Ħiram,+ is-sultan taʼ Tir,+ bagħat messaġġiera għand David kif ukoll injam taċ-ċedru+ u bennejja tal-ħitan u ħaddiema fl-injam biex jibnulu dar.+ 2 U David sar jaf li Ġeħova kien stabbilieh fis-sod+ bħala sultan fuq Israel, għax is-saltna tiegħu kienet eżaltata ferm minħabba l-poplu tiegħu Israel.+
3 U David issokta jieħu iktar nisa+ f’Ġerusalemm, u David nissel iktar subien u bniet.+ 4 U dawn huma l-ismijiet tat-tfal li kellu f’Ġerusalemm: Sammugħa,+ Sobab,+ Natan,+ Salamun,+ 5 Ibħar,+ Elisugħa, Elfelet,+ 6 Noga, Nefeg,+ Ġafigħa, 7 Elisama,+ Begħljada, u Elifelet.+
8 U l-Filistin semgħu li David kien ġie midluk bħala sultan fuq Israel kollu.+ Għalhekk, il-Filistin kollha telgħu jfittxu lil David.+ Meta David semaʼ b’dan, ħareġ kontrihom. 9 U l-Filistin, min-naħa tagħhom, ġew u baqgħu jattakkaw fil-pjanura l-baxxa taʼ Refajm.+ 10 U David staqsa lil Alla+ u qallu: “Nitlaʼ kontra l-Filistin, u tagħtihomli f’idejja?” U Ġeħova wieġbu: “Itlaʼ, u jien żgur li nagħtihomlok f’idejk.” 11 Għalhekk, David telaʼ lejn Bagħal-perasim+ u qatilhom hemmhekk. U David qal: “L-Alla l-veru qered l-għedewwa tiegħi b’idejja bħal ilmijiet li jinfaqgħu.” Huwa għalhekk li dan il-post+ semmewh Bagħal-perasim. 12 Għaldaqstant, huma ħallew l-allat tagħhom hemmhekk.+ Imbagħad David qal il-kelma, u b’hekk ġew maħruqin fin-nar.+
13 Iktar tard il-Filistin reġgħu għamlu attakk fil-pjanura l-baxxa.+ 14 Minħabba f’hekk, David reġaʼ staqsa+ lil Alla, u l-Alla l-veru issa qallu: “Titlax warajhom. Mur bid-dawra biex tiġi dritt kontrihom, u itlaʼ għalihom quddiem is-siġar tal-baka.*+ 15 U ħa jiġri li, x’ħin tismaʼ l-ħoss tal-mixi fil-qċaċet tas-siġar tal-baka,+ dak il-ħin oħroġ iġġieled,+ għaliex l-Alla l-veru jkun ħareġ qablek+ biex jeqred il-kamp tal-Filistin.” 16 Għalhekk, David għamel sewwasew bħalma kien ikkmandah l-Alla l-veru,+ u huma qerdu l-kamp tal-Filistin minn Gibegħon+ sa Geżer.+ 17 U l-fama+ taʼ David bdiet tixtered fl-artijiet kollha, u Ġeħova ġiegħel lill-ġnus kollha jitkexkxu minnu.+