-
2 Kronaki 8:14Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
14 Barra minn hekk, stabbilixxa t-taqsimiet+ tal-qassisin għas-servizzi tagħhom skond ir-regola taʼ David, missieru,+ u l-Leviti+ f’posthom jaqdu dmirhom, biex ifaħħru+ u jaqdu+ quddiem il-qassisin bħala rutina taʼ kuljum,+ u l-għassiesa tal-bibien fit-taqsimiet tagħhom għal kull bieb,+ għax hekk kien il-kmandament taʼ David, il-bniedem taʼ l-Alla l-veru.
-
-
2 Kronaki 23:8Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
8 U l-Leviti u Ġuda kollu għamlu skond kulma kien ordnalhom+ il-qassis Ġeħojada.+ Għalhekk, kull wieħed minnhom ħa lill-irġiel tiegħu li kienu deħlin f’jum is-Sabat+ flimkien maʼ dawk li suppost kienu ħerġin f’jum is-Sabat, għax il-qassis Ġeħojada ma kienx stabbilixxa t-taqsimiet+ li kienu meħlusin minn dmirijiet oħrajn.
-