22 U dawn iridu jiġġudikaw lin-nies f’kull okkażjoni xierqa; u jrid jiġri li kull każ kbir iġibuh għandek,+ imma kull każ żgħir jieħdu ħsiebu huma bħala mħallfin. Għalhekk, agħmilha eħfef għalik, u huma jridu jġorru t-tagħbija miegħek.+
18 “Għandek tqiegħed imħallfin+ u uffiċjali+ ’l ġewwa minn bwiebek kollha li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik skond it-tribujiet tiegħek, u jridu jiġġudikaw lin-nies b’ġudizzju ġust.
8 U Ġeħosafat qiegħed f’Ġerusalemm lil xi wħud mil-Leviti+ u mill-qassisin+ u lil xi wħud mill-kapijiet tal-familji taʼ Israel, min-naħa tal-missier,+ biex jiġġudikaw+ f’isem Ġeħova u għall-kawżi legali+ taʼ l-abitanti taʼ Ġerusalemm.