-
Ester 3:12Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
12 Imbagħad issejħu s-segretarji+ tas-sultan fl-ewwel xahar fit-tlettax-il jum tiegħu, u nkiteb+ dak kollu li Ħaman ikkmanda lis-satrapi* tas-sultan u lill-gvernaturi li kienu fuq id-diversi provinċji,+ u lill-prinċpijiet tal-popli differenti taʼ kull waħda minn dawn il-provinċji, skond il-kitba+ tagħha, u lil kull poplu bl-ilsien tiegħu; dan inkiteb f’isem+ is-Sultan Aħasweru u ġie mmarkat biċ-ċurkett tas-siġill+ tas-sultan.
-
-
Ester 8:9Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
9 Għaldaqstant issejħu s-segretarji+ tas-sultan dak il-ħin fit-tielet xahar, jiġifieri, fix-xahar taʼ Siwan, fit-tlieta u għoxrin jum tiegħu; u nkiteb dak kollu li Mordekaj ikkmanda lil-Lhud u lis-satrapi*+ u lill-gvernaturi u lill-prinċpijiet tal-provinċji mill-Indja sa l-Etjopja, mija u sebgħa u għoxrin provinċja,+ lil kull provinċja skond il-kitba+ tagħha u lil kull poplu bl-ilsien+ tiegħu, u lil-Lhud skond il-kitba tagħhom u bl-ilsien tagħhom.+
-