16 U ġara li, malli l-għedewwa kollha tagħna+ semgħu u l-ġnus kollha taʼ madwarna raw dan, huma minnufih tbaxxew ferm f’għajnejhom stess, u saru jafu li kien minn Alla tagħna+ li sar dan ix-xogħol.
13 U Ħaman irrakkonta lil martu Żeres+ u lil ħbiebu kollha kulma kien ġralu. Meta semgħu dan, l-għorrief+ tiegħu u martu Żeres qalulu: “Jekk Mordekaj li bdejt taqaʼ f’rovina quddiemu huwa min-nisel Lhudi, m’int se tagħmel xejn kontrih, iżda int żgur taqaʼ f’rovina quddiemu.”+
5 U l-Lhud ħabtu għall-għedewwa kollha tagħhom billi biċċruhom bis-sejf+ u qatluhom u qerduhom, u lil dawk li kienu jobogħduhom għamlulhom kif għoġobhom.+
3 U jrid iseħħ f’dak il-jum+ li nagħmel lil Ġerusalemm ġebla tqila+ għall-popli kollha. Dawk kollha li jerfgħuha bla dubju se jinbarxu bl-ikrah; u kontra tagħha jinġabru l-ġnus kollha taʼ l-art.+