Proverbji 9:7 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 7 Min qed jikkoreġi lil dak li jwaqqaʼ kollox għaċ-ċajt qed iġib diżunur fuqu nnifsu,+ u min qed iwiddeb lil wieħed mill-agħar ikollu difett.+ Proverbji 26:4 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 4 Twiġibx lil xi ħadd stupidu skond bluhitu, li ma tmurx int stess issir bħalu.+ Isaija 36:21 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 21 U huma baqgħu siktin u ma wiġbuhx kelma,+ għax il-kmand tas-sultan kien jgħid: “Twiġbuhx.”+ Atti 13:46 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 46 U għalhekk, bi qlubija, Pawlu u Barnaba qalulhom: “Kien meħtieġ li l-kelma t’Alla tintqal lilkom l-ewwel.+ Imma peress li qed twarrbuha minnkom+ u m’intomx tqisu ruħkom denji tal-ħajja taʼ dejjem, ara, aħna se nduru lejn il-ġnus.+
7 Min qed jikkoreġi lil dak li jwaqqaʼ kollox għaċ-ċajt qed iġib diżunur fuqu nnifsu,+ u min qed iwiddeb lil wieħed mill-agħar ikollu difett.+
46 U għalhekk, bi qlubija, Pawlu u Barnaba qalulhom: “Kien meħtieġ li l-kelma t’Alla tintqal lilkom l-ewwel.+ Imma peress li qed twarrbuha minnkom+ u m’intomx tqisu ruħkom denji tal-ħajja taʼ dejjem, ara, aħna se nduru lejn il-ġnus.+