Imħallfin
5 U dakinhar Debora,+ flimkien maʼ Barak+ bin Abinogħam,+ bdiet tkanta din l-għanja+ li tgħid:
2 “Talli f’Israel ħallew xagħarhom imniżżel b’wegħda għall-gwerra,
Talli n-nies offrew ruħhom bħala volontieri,+
Bierku lil Ġeħova.+
4 Ġeħova, mal-ħruġ tiegħek mis-Segħir,+
Mal-mixi tiegħek ’il barra mit-territorju t’Edom,+
L-art triegħdet,+ u s-smewwiet qattru,+
Is-sħab ukoll qattar l-ilma.
5 Il-muntanji gelglu lil hinn minn quddiem wiċċ Ġeħova,+
Din is-Sinaj+ lil hinn minn quddiem wiċċ Ġeħova,+ l-Alla taʼ Israel.+
F’jiem Ġagħel,+ ma kien hemm ħadd għaddej mill-mogħdijiet,
U dawk li kienu jivvjaġġaw mit-toroq kienu jivvjaġġaw minn mogħdijiet bid-dawra.+
7 Dawk li kienu jgħammru fil-kampanja taʼ Israel għabu,+
Sakemm jien, Debora,+ qomt,
Sakemm qomt bħala omm f’Israel.+
Imbagħad kien hemm il-gwerra f’bibien il-belt.+
Ma dehritx tarka, lanqas lanza,
Fost erbgħin elf ruħ f’Israel.+
10 Intom li rekbin fuq ħmir nisa taʼ lewn ċar,+
Intom li toqogħdu bil-qiegħda fuq tapiti lussużi,
U intom li timxu fit-triq,
Ikkunsidraw dan:+
11 Instemgħu l-ilħna taʼ dawk li jqassmu l-ilma fil-postijiet minfejn jittellaʼ l-ilma,+
Hemmhekk bdew jirrakkontaw l-atti ġusti taʼ Ġeħova,+
L-atti ġusti tan-nies tiegħu li jgħammru fil-kampanja taʼ Israel.
Kien f’dan iż-żmien li l-poplu taʼ Ġeħova niżel lejn il-bibien.
12 Stenbaħ, stenbaħ, O Debora;+
Stenbaħ, stenbaħ, lissen għanja!+
Qum, Barak,+ u mexxi lill-ilsiera tiegħek lil hinn, bin Abinogħam!+
13 Kien dak iż-żmien li dawk li baqgħu ħajjin niżlu ħdejn il-kbarat;
Il-poplu taʼ Ġeħova niżel ħdejja kontra s-setgħanin.
14 Dawk li ġew minn Efrajm qegħdin fil-pjanura l-baxxa,+
Miegħek, O Benjamin, fost il-popli tiegħek.
Minn Makir+ niżlu l-kmandanti,
U minn Żebulun dawk li jużaw it-tagħmir taʼ skriba.+
15 U l-prinċpijiet f’Issakar+ kienu maʼ Debora,
U bħal Issakar, hekk kien Barak.+
Intbagħat bil-mixi lejn il-pjanura l-baxxa.+
Fost it-taqsimiet taʼ Ruben il-qalb ġiet eżaminata bil-kbir.+
16 Għala qgħadt bil-qiegħda bejn iż-żewġ xkejjer taʼ mas-sarġ,
Biex tismaʼ d-daqq tal-fifra għall-imrieħel?+
Għat-taqsimiet taʼ Ruben kien hemm eżaminar kbir tal-qalb.+
17 Gilegħad baqaʼ fir-residenza tiegħu fuq in-naħa l-oħra tal-Ġordan;+
U Dan, għala baqaʼ jgħammar fil-bastimenti?+
Aser qagħad bil-qiegħda jitlajja f’xatt il-baħar,
U baqaʼ jgħammar ħdejn il-portijiet tiegħu.+
19 Is-slaten ġew, u huma ġġieldu;
Imbagħad is-slaten taʼ Kangħan iġġieldu+
F’Tagħnak+ biswit l-ilmijiet taʼ Megiddo.+
Ebda qligħ taʼ fidda ma ħadu.+
22 Imbagħad id-dwiefer taż-żwiemel ħabbtu maʼ l-art+
Għax iż-żwiemel tiegħu lebbtu fuq li lebbtu.
23 ‘Isħtu+ lil Meroż,’ qal l-anġlu taʼ Ġeħova,+
‘Isħtu lill-abitanti tiegħu bla waqfien,
Għax ma ġewx jgħinu lil Ġeħova,
Jgħinu lil Ġeħova mas-setgħanin.’
24 Ġagħel+ mart Ħeber il-Keni+ se tkun l-iktar imbierka fost in-nisa,
Fost in-nisa fit-tined hi se tkun l-iktar imbierka.+
26 Imbagħad meddet idha lejn il-musmar tat-tinda,
U lemintha lejn il-martell taʼ dawk li jaħdmu iebes.+
U sammret lil Sisera, nifditlu rasu,+
Fetħitlu ngħasu beraħ u qasmithulu.
27 Ħdejn saqajha niżel, waqaʼ, imtedd;
Ħdejn saqajha niżel, waqaʼ;
Fejn niżel, hemmhekk waqaʼ megħlub.+
28 Waħda mara ħarset barra mit-tieqa u baqgħet għassa għalih,
Omm Sisera mit-tieqa bil-grada,*+
‘Il-karru tiegħu tal-gwerra għala qed idum ma jiġi?+
Il-ħsejjes taʼ saqajn iż-żwiemel tal-karrijiet tiegħu għala qed jittardjaw daqshekk?’+