3 Kulmin hemm fostkom mill-poplu kollu tiegħu, jalla Alla tiegħu jkun miegħu.+ Għalhekk, ħa jitlaʼ Ġerusalemm, li qiegħda f’Ġuda, u jibni mill-ġdid id-dar taʼ Ġeħova li kienet f’Ġerusalemm,+ id-dar taʼ l-Alla taʼ Israel—dan hu l-Alla l-veru.+
14 Hekk qal Ġeħova, Dak li xtrakom lura,+ il-Qaddis taʼ Israel:+ “Minħabba fikom se nibgħathom lejn Babilonja u nniżżel l-istaneg tal-ħabsijiet+ u lill-Kaldin fuq il-bastimenti, u huma se jixhru.+
25 Imma hekk qal Ġeħova: “Saħansitra l-imjassrin tar-raġel setgħan se jittieħdu,+ u dawk li diġà nqabdu mit-tirann innifsu se jaħarbu.+ U jien niġġieled maʼ min jiġġieled miegħek,+ u nsalvalek lil uliedek.+