8 Hu jiblaʼ l-mewt għal dejjem,+ u l-Mulej Sovran Ġeħova se jimsaħ id-dmugħ mill-uċuħ kollha.+ U t-tmaqdir tal-poplu tiegħu se jneħħih mill-art kollha,+ għax Ġeħova qalu dan.
19 Meta n-nies f’Sijon+ se jgħammru f’Ġerusalemm,+ int b’ebda mod ma tibki.+ Hu bla dubju jħenn għalik mal-ħoss taʼ l-għajta tiegħek; malli jismagħha jwieġbek.+
10 U dawk mifdijin minn Ġeħova se jerġgħu lura+ u jiġu lejn Sijon b’għajta ferriħija;+ u fuq rashom ikollhom il-ferħ għal dejjem.*+ Se jiksbu ferħ kbir u hena, u n-niket u t-tnehid jaħarbu ’l hemm.+
4 U jixxottalhom kull demgħa+ minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt,+ u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.+ L-affarijiet taʼ qabel ikunu spiċċaw.”+