2 Slaten
23 Imbagħad is-sultan bagħat jiġbor għandu lix-xjuħ kollha taʼ Ġuda u Ġerusalemm.+ 2 U s-sultan telaʼ lejn id-dar taʼ Ġeħova, u miegħu l-irġiel kollha taʼ Ġuda u l-abitanti kollha taʼ Ġerusalemm, kif ukoll il-qassisin+ u l-profeti u n-nies kollha, mill-kbir saż-żgħir;+ u beda jaqralhom+ il-kliem kollu tal-ktieb+ tal-patt+ li kien instab fid-dar taʼ Ġeħova.+ 3 U s-sultan qagħad wieqaf ħdejn il-kolonna+ u għamel il-patt+ quddiem Ġeħova, biex jimxi+ wara Ġeħova u jħares il-kmandamenti+ u t-testimonjanzi*+ u l-istatuti tiegħu+ b’qalbu kollha+ u b’ruħu kollha+ billi jwettaq il-kliem taʼ dan il-patt li kien miktub f’dan il-ktieb.+ Għaldaqstant, in-nies kollha qablu mal-patt.+
4 U s-sultan ordna lil Ħilkija+ l-qassis il-kbir u lill-qassisin tat-tieni grad u lill-għassiesa tal-bibien+ biex joħorġu mit-tempju taʼ Ġeħova l-għodod kollha li kienu ntgħamlu għal Bagħal+ u għall-arblu sagru+ u għall-armata kollha tas-smewwiet.+ Imbagħad ħaraqhom barra Ġerusalemm fir-rabaʼ mtarraġ taʼ Kidron,+ u ġab it-trab tagħhom f’Betel.+ 5 U temm ix-xogħol tal-qassisin taʼ l-allat barranin, li s-slaten taʼ Ġuda kienu ġabuhom biex joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji fil-postijiet għall-qima* fil-bliet taʼ Ġuda u l-inħawi taʼ madwar Ġerusalemm, kif ukoll taʼ dawk li kienu joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji lil Bagħal,+ lix-xemx u lill-qamar u lill-kostellazzjonijiet taż-żodjaku u lill-armata kollha tas-smewwiet.+ 6 Iżjed minn hekk, hu ħareġ l-arblu sagru+ mid-dar taʼ Ġeħova u ħadu barra Ġerusalemm, lejn il-wied* taʼ Kidron, u ħarqu+ fil-wied taʼ Kidron u ġabu trab u tefaʼ t-trab tiegħu fejn kienu jindifnu+ n-nies komuni. 7 Barra minn hekk, hu ġarraf id-djar tal-prostituti rġiel tat-tempju+ li kienu fid-dar taʼ Ġeħova, fejn in-nisa kienu jinsġu t-tined bħala santwarji għall-arblu sagru.
8 Imbagħad ħareġ lill-qassisin kollha mill-bliet taʼ Ġuda, sabiex il-postijiet għall-qima fejn il-qassisin kienu joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji ma jħallihomx adattati għall-qima, minn Geba+ sa Bir-xeba;+ u ġarraf il-postijiet għall-qima li kienu fid-daħla tal-bieb taʼ Ġożwè, il-kap tal-belt, li kien fuq ix-xellug int u dieħel minn bieb il-belt. 9 Imma l-qassisin+ tal-postijiet għall-qima ma kinux jitilgħu ħdejn l-artal taʼ Ġeħova f’Ġerusalemm, imma kienu jieklu ħobż bla ħmira+ fost ħuthom. 10 U lil Tofet,+ li qiegħed fil-wied taʼ wlied Ħinnom,+ ma ħalliehx adattat għall-qima, sabiex ħadd ma jkun jistaʼ jgħaddi lil ibnu jew lil bintu min-nar+ għal Molek.+ 11 U ż-żwiemel li s-slaten taʼ Ġuda kienu taw lix-xemx ma ħallihomx ikomplu jidħlu fid-dar taʼ Ġeħova, ħdejn il-kamra taʼ l-ikel+ taʼ Natan-melek, l-uffiċjal tal-palazz, li kienet fil-portiċi; u l-karrijiet tax-xemx+ ħaraqhom fin-nar. 12 U l-artali li kienu fuq il-bejt+ taʼ l-għorfa t’Aħaż li għamlu s-slaten taʼ Ġuda, u l-artali+ li għamel Manasse fiż-żewġ btieħi tad-dar taʼ Ġeħova, is-sultan ġarrafhom u farrakhom hemmhekk, u tefaʼ t-trab tagħhom fil-wied taʼ Kidron. 13 U l-postijiet għall-qima li kienu quddiem+ Ġerusalemm u fuq il-lemin tal-Muntanja tar-Rovina,* li Salamun+ is-sultan taʼ Israel kien bena lil Għastoret,+ il-ħaġa moqżieża tas-Sidonin, u lil Kemos,+ il-ħaġa moqżieża taʼ Mowab, u lil Milkom,+ il-ħaġa mistkerrha taʼ wlied Għammon, is-sultan ma ħallihomx adattati għall-qima. 14 U kisser+ il-pilastri sagri u qaċċat l-arbli sagri u mela posthom bl-għadam tal-bnedmin. 15 Barra minn hekk, l-artal li kien f’Betel,+ il-post għall-qima li kien għamel Ġerobogħam+ bin Nebat, li ġiegħel lil Israel jidneb,+ iva, l-artal u l-post għall-qima ġarrafhom. Imbagħad ħaraq il-post għall-qima; ġabu trab u ħaraq l-arblu sagru.
16 Imbagħad Ġosija dar u ra l-postijiet għad-dfin li kien hemm fuq il-muntanja. Għalhekk, bagħat iġib l-għadam mill-postijiet għad-dfin u ħaraqhom+ fuq l-artal, sabiex ma jħallihx adattat għall-qima, skond il-kelma taʼ Ġeħova+ li kien xandar il-bniedem taʼ l-Alla l-veru,+ li kien xandar dawn l-affarijiet. 17 Imbagħad qal: “X’inhi din il-lapida li qed nara?” U n-nies tal-belt qalulu: “Dan hu l-post fejn indifen+ il-bniedem taʼ l-Alla l-veru li ġie minn Ġuda+ u li xandar dawn l-affarijiet li int għamilt kontra l-artal taʼ Betel.”+ 18 Għalhekk, qalilhom: “Ħalluh jistrieħ.+ Tħallu ’l ħadd iċaqlaq l-għadam tiegħu.” Għaldaqstant ħallewlu għadmu kif kien m’għadam il-profeta+ li kien ġie mis-Samarija.
19 Iżjed minn hekk, Ġosija neħħa s-santwarji kollha+ fil-postijiet għall-qima li kien hemm fil-bliet+ tas-Samarija u li kienu bnewhom is-slaten+ taʼ Israel biex joffendu+ lil Alla. U għamlilhom eżatt kif għamel f’Betel.+ 20 Għaldaqstant, lill-qassisin kollha+ tal-postijiet għall-qima li kien hemm issagrifikahom fuq l-artali u ħaraq fuqhom l-għadam tal-bnedmin.+ Imbagħad reġaʼ lura Ġerusalemm.
21 Imbagħad is-sultan ordna lill-poplu kollu: “Iċċelebraw Qbiż+ lil Ġeħova Alla tagħkom skond kif hemm miktub f’dan il-ktieb tal-patt.”+ 22 Għax ma kien sar l-ebda Qbiż bħal dan minn żmien l-imħallfin li kienu jiġġudikaw lil Israel,+ u lanqas matul iż-żmien kollu tas-slaten taʼ Israel u s-slaten taʼ Ġuda.+ 23 Imma fis-sena tmintax tas-Sultan Ġosija ġie ċelebrat dan il-Qbiż lil Ġeħova f’Ġerusalemm.+
24 U Ġosija neħħa wkoll il-medji taʼ l-ispirti+ u dawk li xogħolhom kien li jbassru l-ġrajjiet+ u t-terafim*+ u l-idoli moqżieża daqs id-demel+ u l-qżiżijiet kollha+ li kienu tfaċċaw fl-art taʼ Ġuda u f’Ġerusalemm, sabiex ikun jistaʼ verament iwettaq il-kliem tal-liġi+ li kien miktub fil-ktieb+ li Ħilkija l-qassis kien sab fid-dar taʼ Ġeħova.+ 25 U qablu ma kienx hemm sultan bħalu li reġaʼ lura lejn+ Ġeħova b’qalbu kollha u b’ruħu kollha+ u bil-forza kollha tiegħu, skond il-liġi kollha taʼ Mosè; u lanqas warajh ma qam wieħed bħalu.
26 Madankollu, Ġeħova ma reġax lura mit-tħeġġiġ kbir tar-rabja tiegħu, li bih ir-rabja tiegħu kienet qed tħeġġeġ kontra Ġuda+ minħabba l-affarijiet kollha li bihom Manasse ġegħelhom joffenduh.+ 27 Imma Ġeħova qal: “Lil Ġuda+ wkoll se nneħħih minn quddiem wiċċi,+ bħalma neħħejt lil Israel;+ u se niċħad lil din il-belt li għażilt, iva, lil Ġerusalemm, u lid-dar li dwarha għedt, ‘Ismi se jibqaʼ hemmhekk.’”+
28 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġosija u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? 29 Fi żmienu l-Fargħun Neko,+ is-sultan taʼ l-Eġittu, kien tielaʼ jiltaqaʼ mas-sultan taʼ l-Assirja ħdejn ix-xmara Ewfrat+ u s-Sultan Ġosija mar għal kontrih;+ imma qatlu+ f’Megiddo+ malli rah. 30 Għalhekk, il-qaddejja tiegħu ġarrewh mejjet f’karru minn Megiddo u ġabuh Ġerusalemm+ u difnuh f’qabru. Imbagħad in-nies tal-pajjiż ħadu lil Ġeħogħaħaż+ bin Ġosija u dilkuh u għamluh sultan minflok missieru.
31 Tlieta u għoxrin sena kellu Ġeħogħaħaż+ meta beda jsaltan, u dam isaltan tliet xhur f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ħamutal+ bint Ġeremija minn Libna. 32 U beda jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, skond kulma kienu għamlu missirijietu.+ 33 U l-Fargħun Neko+ rabtu+ f’Ribla+ fl-art taʼ Ħamat, biex ma jħallihx isaltan f’Ġerusalemm, u mbagħad ta multa+ lill-pajjiż taʼ mitt talent fidda+ u talent wieħed deheb.+ 34 Iżjed minn hekk, il-Fargħun Neko għamel lil Eljakim+ bin Ġosija sultan minflok missieru Ġosija u biddillu ismu għal Ġeħojakim; u lil Ġeħogħaħaż qabdu u ħadu l-Eġittu, fejn eventwalment miet.+ 35 U Ġeħojakim ta l-fidda+ u d-deheb lill-Fargħun. Imma sabiex jagħti l-fidda skond l-ordni tal-Fargħun intaxxa+ lill-pajjiż. U ġabar il-fidda u d-deheb mingħand in-nies tal-pajjiż skond ir-rata individwali tat-taxxa+ taʼ kull wieħed, biex jagħtihom lill-Fargħun Neko.
36 Ħamsa u għoxrin sena kellu Ġeħojakim+ meta beda jsaltan, u dam isaltan ħdax-il sena f’Ġerusalemm.+ U ommu kien jisimha Żebida bint Pedaja minn Rumah. 37 U kompla jagħmel dak li hu ħażin+ f’għajnejn Ġeħova, skond kulma kienu għamlu missirijietu.+