48 U jkollok taqdi lill-għedewwa tiegħek,+ li Ġeħova jibgħat kontrik, bil-ġuħ,+ bl-għatx, bl-għera, u bl-għaks f’kollox; u jpoġġilek madmad tal-ħadid fuq għonqok sakemm iġibek fix-xejn.+
27 “U jrid iseħħ dakinhar li t-tagħbija tiegħu se titlaq minn fuq spalltek,+ u l-madmad tiegħu minn fuq għonqok,+ u l-madmad ċertament li se jitfarrak+ minħabba ż-żejt.”*
8 “U jiġri dak iż-żmien,” hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati, “li nkisser il-madmad minn fuq għonqhom, u naqsam l-irbit tagħhom fi tnejn,+ u l-istranġieri qatt iżjed ma jisfruttawh bħala qaddej.
27 U s-siġra tar-rabaʼ trid tagħti frottha,+ u l-art se tagħti l-prodott tagħha,+ u huma jkunu fis-sigurtà f’arthom.+ U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta nkisser il-madmad tagħhom+ u nkun ħlisthom minn id dawk li kienu qed jużawhom bħala lsiera.+