11 “Sinnu l-vleġeġ.+ Oqogħdu wara t-tarki tondi tagħkom. Ġeħova qajjem l-ispirtu tas-slaten tal-Medin,+ għax għandu ħsieb kontra Babilonja,+ li jagħmilha ħerba. Għax din hija l-vendetta taʼ Ġeħova, il-vendetta għat-tempju tiegħu.+
27 “Għollu arblu bħala sinjal fil-pajjiż.+ Doqqu l-qarn fost il-ġnus. Ħejju+ l-ġnus għall-gwerra kontriha.* Sejħu lis-saltniet t’Ararat,+ taʼ Minni, u t’Askenaż+ biex jiġu kontriha. Qabbdu fizzjal ħa jingaġġa s-suldati għal kontriha. Tellgħu ż-żwiemel+ bħal qatgħa ġurati żgħar.