16 U Manasse xerred ukoll kwantità kbira wisq taʼ demm innoċenti,+ sakemm mela lil Ġerusalemm minn tarf sa tarf, minbarra d-dnub li bih ġiegħel lil Ġuda jidneb billi jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+
2 sabiex iwarrbu lill-batuti minn kawża legali u jaħtfu l-ġustizzja minn id il-magħkusin tal-poplu tiegħi,+ biex jagħmlu lin-nisa romol priża tagħhom, u sabiex jisirqu saħansitra lis-subien bla missier!+
7 Saqajhom jibqgħu jiġru lejn il-ħażen,+ u mgħaġġlin biex ixerrdu demm innoċenti.+ Ħsibijiethom huma ħsibijiet taʼ ħsara;+ tħarbit u tiġrif hemm fit-triqat ewlenin tagħhom.+
4 għax telquni,+ u dan il-post ġabuh ma jintgħarafx b’dak li għamlu,+ u offrew fih duħħan tas-sagrifiċċji lil allat oħrajn li ma kinux jafuhom,+ la huma, la missirijiethom, u lanqas is-slaten taʼ Ġuda; u mlew dan il-post bid-demm taʼ l-innoċenti.+
35 biex jiġi fuqkom id-demm kollu tan-nies sewwa mxerred fuq l-art,+ mid-demm t’Abel,+ li kien raġel sewwa,+ sad-demm taʼ Żakkarija bin Barakija, li qtiltuh bejn is-santwarju u l-artal.+