14Għax Ġeħova se juri ħniena maʼ Ġakobb,+ u żgur jerġaʼ jagħżel lil Israel;+ u jagħtihom il-mistrieħ f’arthom,+ u r-residenti barranin jingħaqdu magħhom, u jintrabtu maʼ dar Ġakobb.+
20 “M’huwiex Efrajm iben prezzjuż għalija, tifel li nittrattah b’għożża?+ Għax daqskemm tkellimt kontrih daqshekk ieħor niftakar fih fit-tajjeb.+ Għalhekk, il-ġewwieni* tiegħi tqanqal għalih.+ Żgur tiġini ħasra minnu,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.
7 Imma nuri ħniena maʼ dar Ġuda,+ u nsalvahom b’Ġeħova Alla tagħhom;+ imma m’iniex se nsalvahom b’qaws jew b’sejf jew bi gwerra, bi żwiemel jew b’rikkieba taż-żwiemel.”+
6 U nagħmel lid-dar taʼ Ġuda superjuri, u nsalva lid-dar taʼ Ġużeppi.+ U nagħtihom fejn jgħammru, għax se nurihom ħniena;+ u jsiru qishom nies li ma kontx warrabthom;+ għax jien Ġeħova Alla tagħhom, u nwiġibhom.+