LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Isaija 30:2
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 2 dawk li ħerġin biex jinżlu l-​Eġittu+ u li ma staqsewx x’jgħid fommi,+ u li jridu jistkennu fil-​fortizza tal-​Fargħun u jsibu refuġju fid-​dell taʼ l-​Eġittu!+

  • Isaija 31:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 31 Gwaj għal dawk li neżlin l-​Eġittu għall-​għajnuna,+ dawk li jistrieħu fuq sempliċi żwiemel,+ u li jafdaw fil-​karrijiet tal-​gwerra+ għax huma kotrana, u fiż-​żwiemel tal-​ġiri għax huma setgħanin ferm, imma li ma ħarsux lejn il-​Qaddis taʼ Israel u ma fittxewx lil Ġeħova.+

  • Ġeremija 2:18
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 18 U issa x’jinteressak mit-​triq għall-​Eġittu+ biex tixrob l-​ilmijiet tas-​Siħor?+ U x’jinteressak mit-​triq għall-​Assirja+ biex tixrob l-​ilmijiet tax-​Xmara?*

  • Ġeremija 2:36
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 36 Għala tqisha ħaġa m’hi xejn li biddilt triqtek?+ Se tistħi wkoll minħabba l-​Eġittu+ bħalma stħajt minħabba l-​Assirja.+

  • Ġeremija 44:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 U naqbad lill-​fdal taʼ Ġuda li waħħluha f’rashom li jidħlu fl-​art taʼ l-​Eġittu biex jgħixu hemmhekk bħala barranin,+ u huma jintemmu lkoll fl-​art taʼ l-​Eġittu.+ Jaqgħu bis-​sejf; u bil-​ġuħ jintemmu,+ mill-​iżgħar sa l-​akbar wieħed fosthom; bis-​sejf u bil-​ġuħ imutu. U jsiru oġġett taʼ saħta, taʼ stagħġib, taʼ dagħa, u taʼ żebliħ.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja