-
Danjel 2:48Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
48 Għaldaqstant, is-sultan għamel lil Danjel wieħed mill-kbarat,+ u tah ħafna rigali kbar, u għamlu l-ħakkiem fuq il-provinċja taʼ Babilonja+ u l-prefett ewlieni fuq l-għorrief kollha taʼ Babilonja.
-
-
Danjel 5:7Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
7 Is-sultan beda jgħajjat b’leħen għoli biex iġibulu lil dawk li kienu jsejħu lill-ispirti, lill-Kaldin, u lill-astroloġi.+ Is-sultan tkellem u qal lill-għorrief taʼ Babilonja: “Min jaqra din il-kitba u jinterpretahieli jiġi mlibbes il-porpra,+ b’ġiżirana tad-deheb madwar għonqu, u jaħkem bħala t-tielet wieħed fis-saltna.”+
-